Lokali
Iċ-ċiklisti tal-Lifecycle lura Malta wara sfida ta’ 2,000km fl-Oman

27 ċiklist u back-up support tim waslu lura Malta qawwijin u sħah illum wara li għamlu waħda mill-ikbar u l-aktar sfida diffiċli tal-Lifecyle.  Din is-sena din l-isfida ħadet liċ-ċiklisti fuq vjaġġ bir-rota minn Abu Dhabi għal Salalah fin-Nofsinhar ta’ Oman.

Għaxart ijiem fuq ir-rota b’uħud mill-vjaġġi itwal minn 2,000 kilometru, iċ-ċiklisti qadfu l-aktar fuq toroq fid-deżert, madwar muntanji u għoljiet b’ħafna tlajja u nżul, u bla dubju fis-sħana qawwija. Huma kuljum ħassewhom pjuttost eżawriti, iżda l-kuraġġ, id-dedikazzjoni u li jafu li qed jgħinu għall-kawża daqshekk nobbli, żammew ruħhom iffukati sew biex jaslu sad-destinazzjoni finali.

Il-LifeCycle Challenge ilha ssir kull sena għal dawn l-aħħar 19-il sena b’risq il-pazjenti li jbatu bil-marda tal-kliewi.  Għotjiet għal din il-karita’ jistgħu jsiru online fuq is-sit: www.lifecyclechallenge.com.  Foster Clark diġà tat għotja ta’ €25,000 li se jmorru għar-riċerka fil-kliewi li qed issir fl-Università ta’ Malta.

Fejn taħsbu li se ssir l-edizzjoni ta’ 2019 ta’ Foster Clark LifeCycle Challenge? Komplu segwu l-paġna Facebook u l-websajt www.lifecyclechallenge.com għall-aġġornamenti.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Fondazzjoni RISE ser tiftaħ it-tieni dar għall-priġunieri li waslu fl-aħħar sena biex jiskontaw is-sentenza. Il-Fondazzjoni għandha programm li jgħin b’ħiliet biex jintegraw fis-soċjetà meta jiskuntaw is-sentenza. Il-Ministru Michael Farrugia qal…

Partit Laburista

Il-Partit Laburista permezz tal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u l-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Alex Agius Saliba qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia huwa maqtugħ mir-realtà u ma jafx x’qed jiġri…

Lokali

Reċta dwar l-immigrazzjoni kellha titħassar minħabba li wieħed mill-atturi ma kellux il-viża biex jiġi Malta. Phosphoros Theatre kienet kostretta li tħassar ir-reċta f’Malta minħabba li attur minnhom ma applikax għall-viża….

Annimali

Għas-Supretendent Mario Haber is-sejba ta’ kelb mejjet u erbat iqtates ħajjin fid-dar ta’ mara mejta f’San Pawl il-Baħar “kien każ uniku”. Is-Supretendent Haber tkellem ma’ Moira Delia dwar x’sabu l-Pulizija…

Aktar