Barranin
Iċ-ċiklun Amphan iħalli ħerba sħiħa f’Kolkata

Iċ-ċiklun imlaqqam Amphan ħalla ħerba sħiħa fil-belt ta’ Kolkata fil-Lvant tal-Indja. Il-maltempata b’riħ li jlaħħaq veloċità ta’ 185 kilometru fis-siegħa u xita qawwija kkawżat il-mewt ta’ mil-lanqas 84 persuna fl-Indja u fil-Bangladesh.

Eluf ta’ siġar inqalgħu mill-għeruq, djar iġġarrfu u nqatgħu l-provvisti tal-elettriku u tat-telefonija għal madwar 14-il miljun persuna.

Bħalissa għadd ta’ skwadri ta’ salvataġġ huma impenjati biex isalvaw lil dawk li spiċċaw f’periklu li jitilfu ħajjithom u anke jippruvaw ireġgħu lura l-Belt għan-normalità. Miljuni ta’ persuni kellhom ikunu evakwati miż-żona u jingħataw kenn f’postijiet aktar siguri.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Riċerkaturi Ingliżi għaddejjin b’ħidma intensiva fejn qed janalizzaw eluf ta’ pazjenti morda bil-Covid-19 biex jippruvaw isolvu l-misteru ta’ din il-marda; l-għaliex għal xi wħud hija fatali mentri oħrajn kulma jaqbadhom…

Barranin

Il-Gwardja Nazzjonali fl-Istati Uniti ntbagħtet f’Minneapolis wara jumejn ta’ ġlied qalil minħabba l-qtil ta’ George Floyd ta’ 46 sena. Huwa nqatel minn pulizija li fgah b’għarkupptejh waqt li kien qed…

Barranin

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson ħabbar li minn nhar it-Tnejn, l-għadd ta’ persuni li jistgħu jiltaqgħu barra tela’ għal sitta, b’dawk li mhumiex mill-istess residenza iridu joqgħodu żewġ metri…

Barranin

Il-belt ta’ Minneapolis, fl-Istati Uniti, daħlet fit-tieni jum ta’ protesti u kaos, li anki wasslu għal fatalità. Il-protesti bdew wara li pulizija ġie ffilmjat iżomm irkupptejh fuq għonq raġel li…

Aktar