Barranin
Iċ-Ċiklun Kenneth jagħmel ħerba f’Mozambique

Iċ-Ċiklun Kenneth laqat b’saħħa t-tramuntana tal-Mozambique, pajjiż li għadu qed jirkupra minn maltempata kbira x-xahar li għadda.

Iċ-ċiklun ġab miegħu riefnu ta’ 220 kilometru fis-siegħa u qatel minn tal-inqas tliet persuni fuq il-gżira ta’ Comoros.

Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Immaniġġjar tad-Diżastri f’Mozambique qal li 30,000 persuna ġew evakwati mill-inħawi fejn huwa maħsub li jolqot iċ-ċiklun.

Ix-xahar li għadda, iċ-Ċiklun Idai kkawża mijiet ta’ mwiet fir-reġjun. Iktar minn 900 persuna tilfu ħajjithom waqt li l-maltemp ħalla ħerba fil-Mozambique, Malawi u Zimbabwe.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Miljuni ta’ votanti f’wieħed u għoxrin pajjiż tal-Unjoni Ewropea qed jivvutaw fir-raba’ u l-aħħar jum tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew biex ikunu magħrufa s-751 ewroparlamentari li se jservu fil-ħames snin li ġejjin….

Barranin

Il-Peru jinsab taħt xokk hekk kif ftit tal-ħin ilu, terremot qawwi li mmarka 8.0 fiq l-iskala richter riegħed xi żoni tal-pajjiż. L-iktar milquta huma Yurimaguas u Tarapoto. L-epiċentru tat-terremot immarka fond…

Barranin

Fir-Renju Unit telgħu għal tmienja l-politiċi s’issa, li daħlu fit-tellieqa biex jieħdu post Theresa May bħala Mexxej tal-Partit Konservattiv wara li ħabbret li se tirriżenja fi żmien ġimagħtejn oħra. Il-mexxej…

Aktar