Barranin
Iċ-Ċilì pass eqreb biex jillegalizza ż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess

Il-President taċ-Ċilì, Michelle Bachelet, bagħtet abbozz ta’ liġi lill-Kungress biex ikun legalizzat iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess.

Dan huwa pass eqreb lejn iktar drittijiet ċivili f’wieħed mill-iktar pajjiżi konservattivi tal-Amerika t’Isfel, u jsegwi l-liġi tal-2015 li biha l-Kungress taċ-Ċilì approva l-unjoni ċivili għal persuni tal-istess sess wara snin ta’ dibattiti.

Għalkemm mhuwiex ċar jekk dan Bachelet hux se jirnexxielha tgħaddi dan l-abbozz mill-Parlament qabel titlaq mill-kariga f’Marzu tas-sena d-dieħla, ħafna pajjiżi oħra fl-Amerika Latina qed jibdlu l-liġijiet favur iktar drittijiet għal persuni LGBTI.