Barranin
Iċ-Ċina għaddejja mill-agħar imxija tal-Covid-19

Iċ-Ċina qed tesperjenza l-agħar imxija tal-Covid-19 mindu feġġew il-każi f’Wuhan. Il-każi li feġġew fil-belt ta’ Nanjing qed jinfirxu b’rata mgħaġġla f’ħames provinċji u f’Beijing. Kważi 200 persuna ġew infettati mindu nstab l-ewwel każ fl-ajruport tal-belt fl-20 ta’ Lulju.

It-titjiriet kollha mill-ajruport ta’ Nanjing ġew sospiżi sal-11 ta’ Awwissu. L-uffiċjali se jibdew ukoll testijiet fil-belt fost kritika qawwija għal dak li qed jissejjaħ il-falliment tagħhom. Hu rrappurtat li d-9.3 miljun resident fil-belt, inkluż dawk li jkunu qed iżuruha, se jiġu ttestjati.

L-uffiċjali jemmnu li l-każi l-ġodda ta’ Coronavirus huma marbuta mal-varjant Delta.