Kultura
Iċ-Ċina minn għajnejn artisti Maltin

Iċ-Ċentru Kulturali Ċiniż kull sena qed jibgħat erba’ artisti Maltin fi provinċja fiċ-Ċina biex wara li jifhmu l-aspetti kulturali, etniċ u naturali tar-reġjun jissiġillaw dak li jaraw fil-pittura jew il-fotografija. Iċ-Ċina minn għajnejh l-artisti Maltin tista’ tigawda permezz ta’ wirja li tinsab fil-binja tal-Parlament bħala parti mill-attivitajiet li qed isiru fl-okkażjoni ta-sena l-ġdida taċ-Ċina.

L-artisti Debbie Bonello, Andrew Borg, Damian Ebejer u Lucienne Spiteri għandhom aktar minn 60 kwadru bejn pittura u fotografija wara li kellhom esperjenza kulturali u artistika fiċ-Ċina matul is-sajf li għadda. L-artisti jingħataw tema mid-Diriġenti taċ-Ċentru Kulturali Ċiniż li taw din l-opportunità għall-artisti Maltin fil-provinċja ta’ Fujian kif jispjega l-kuratur E.V. Borg.

E.V. Borg qal “kuratur is-suġġett hija n-natura fiċ-Ċina, il-muntanji, il-veġitazzjoni, il-foresti u x-xmajjar huma tant vasti u kbar li jolqtu lil Malti.”

Il-wirja msejħa ‘Spirata fiċ-Ċina’ hija maqsuma f’erba’ partijiet bl-artisti jesebixxu l-arti li ħolqu waqt iż-żjara tagħhom fiċ-Ċina. L-artisti tħallew fil-libertà li jużaw il-midjum li riedu huma biex jesprimu dak li raw u rriflettew fuqu fiċ-Ċina.

EV. Borg qal “kuraturi ħafna minnhom huma biż-żebgħa taż-żejt fuq it-tiela u oħrajn fuq il-karta, hemm sezzjoni fotografija wkoll, din id-darba ma għandniex skultura”.

L-esebizzjoni fil-bini tal-Parlament hija mtellgħa miċ-Ċentru Kulturali Ċiniż hija parti mill-attivitajiet li qed jittellgħu għal bidu ta’ sena ġdida Ċiniża u ser iddum miftuħa sal-aħħar tax-xahar u wara tittieħed f’postjiet oħra fosthom fil-Ministeru ta’ Għawdex u f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.

Din hija s-sitt sena li qed tittella’ din l-esebizzjoni li hija wkoll frott ta’ ftehim ta’ kollaborazzjoni kulturali li sar bejn iċ-Ċina u Malta biex jinfetħu bibien ġodda għall-artisti Maltin.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn għada se tibda tiswijiet fis-sistema ta’ katusi f’qiegħ il-baħar li jintuża għar-rimi ta’ drenaġġ trattat mill-impjant ta’ Għawdex. Il-ħidma delikata li għandha tieħu madwar tliet ġimgħat…

Kronaka

Raġel ta’ 33 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’Birkirkara. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Wied għall-ħabta tal-4.45pm. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li s-sewwieq, li jgħix il-Pietà, kien qed isuq…

Saħħa

F’Malta hawn madwar 7,000 persuna li għandhom id-demenzja, bl-istudji juru li l-għadd mistenni jiżdied għal mill-inqas 13,000 sal-2050. L-esperti jemmnu li din hija biss ix-xifer tal-istampa, minħabba li għadd ta’…

Stejjer Umani

Għalkemm il-Maltin ikunu qed jistennew is-sajf bil-ħerqa biex jaqtgħu xi ftit mir-rutina ta’ kuljum tax-xogħol, mhux l-istess jista’ jingħad għal Alfred Attard li ilu aktar minn 40 sena jiġbor il-melħ…

Aktar