Barranin
Iċ-Ċina tibgħat tliet astronawti biex jgħixu fl-istazzjon spazjali

Iċ-Ċina varat fl-ispazju tliet astonawti li mistennija jqattgħu tliet xhur fl-istazzjon spazjali Ċiniż.

Nie Haisheng, Liu Boming u Tang Hongbo telgħu fl-ispazju fil-kapsula Shenzhou-12 permezz ta’ Long March 2F rocker.

Ir-rocket ġie varat miċ-ċentru Jiuquan fid-deżert Gobi fis-9.22 tal-Ħamis filgħodu, ħin lokali.

Din se tkun l-itwal missjoni spazjali bl-astronawti għaċ-Ċina, u l-ewwel waħda fl-aħħar ħames snin.

Fl-aħħar sitt xhur iċ-Ċina niżżlet kampjuni ta’ ġebel u ħamrija minn fuq wiċċ-il qamar, u rnexxielha wkoll tniżżel fuq Mars robot b’sitt roti.