Barranin
Iċ-Ċina tneħħi l-limitu li fih jista’ jservi l-mexxej

Iċ-Ċina approvat t-tneħħija tal-limitu li fih jista’ jservi l-mexxej tagħha. Din se tippermetti lil Xi Jinping biex jibqa’ President għal għomru.

Il-bidliet kostituzzjonali għaddew waqt laqgħa annwali tal-Kungress Nazzjonali tal-Poplu llum.

Minn 2,964 vot żewġ delegati biss ivvotaw kontra u 3 astjenew.

Iċ-Ċina ilha timponi limitu ta’ żewġ termini għall-President tagħha sa mis-snin disgħin.

Xi Jinping ma żammx mat-tradizzjoni li jippreżenta s-suċċessur tiegħu waqt il-kungress tal-Partit Komunista f’Ottubru li għadda. Huwa saħħaħ il-poter tiegħu b’emenda li biha daħħal ismu fil-kostituzzjoni tal-Partit.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Greċja bdiet tipprojbixxi  dawk it-turisti li għandhom piż żejjed milli jirkbu l-ħmir f’Santorini. It-trasport tradizzjonali ta’ Santorini se jieħu ftit tar-ruħ wara li s-sidien tal-ħmir ressqu l-ilmenti tagħhom. It-turisti li…

Barranin

Ocean Cleanup se tkun qed tħejji proġett kbir fejn se jinġabar il-plastik kollu li jispiċċa fl-Oċejan Paċifiku. Il-fondazzjoni qalet li l-iskop tal-proġett tagħhom huwa li jnaddfu dak li huwa msejjaħ…

Barranin

Paul Allen, li kien wieħed mill-fundaturi ta’ Microsoft miet fl-età ta’ 65 sena wara li żviluppawlu xi kumplikazzjonijiet f’saħħtu. Allen kien ibati mill-marda non-Hodgkin’s lymphoma u għalkemm kien fieq minnha…

Ikel

Din hija mistoqsija li minn dejjem saret u qatt ma kien hemm tweġiba konkreta.  Iżda skont riċerka ġdida, instab mezz mill-Awstraljani li jista’ wassall persuna biex tonqos ħames darbiet iktar minn…

Aktar