Għawdex
Iċ-Ċittadella tinxtegħel blu

Is-swar taċ-Ċittadella mal-lejl qed jinxtegħlu b’lewn blu. Dan qed isir b’inizjattiva tal-Fondazzjoni Marigold biex tkabbar l-għarfien anke f’Għawdex dwar il-kundizzjoni tal-awtiżmu.

Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold esprimiet il-fehma li f’Għawdex din il-kundizzjoni għadha taboo u trid li ġenituri u wlied bl-awtiżmu ma jiddejqux jitħaddtu dwarha u jieħdu s-servizzi li għandhom bżonn. Appellat ukoll lill-pubbliku biex jifhem u jgħin lil dawn in-nies u li kemm jista’ jkun jagħmlilhom ħajjithom faċli.

Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana, qalet li b’dan il-messaġġ qed nippromwovu soċjetà aktar inklussivà fejn kull persuna irid ikollha kull possibilità biex tippartecipa b’mod sħiħ u attiv fis-soċjetà.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Fis-Siġġiewi, instabu 8 żoni fejn kien qed isir l-insib illegalment. Dan qalitu l-CABS fi stqarrija u saħqet li dawn ix-xbieki li jitpoġġew taħt l-ilma kienu qed jintużaw għall-insib tal-Pispisella, iċ-Ċewċewwa…

Ambjent

Wara li lbieraħ Infrastructure Malta qalgħet siġar mejta fit-Telgħa tas-Saqqajja biex tagħmel il-wisa’ għal siġar ġodda, illum beda x-xogħol ta’ tħawwil. Dalgħodu TVM żar il-post u seta’ josserva l-kumplament tat-tneħħija…

Pulizija

Għall-ewwel darba sal-aħħar ta’ din is-sena, il-Korp tal-pulizija ser ikollu flotta ta’ vetturi ġodda fid-distretti. Il-Korp, illum inawgura ħamsin vettura ġdida u sitt segways li se jintużaw l-aktar fiż-żoni pedonali…

Aktar