Stejjer Umani
Iċ-ċkejken Noah sab il-mistrieħ wara snin jissielet ma’ tumur

Iċ-ċkejken Noah Seionti sab il-mistrieħ wara li kien ilu erba’ snin jikkumbatti marda kiefra. Ix-xahar id-dieħel Noah kellu jagħlaq 6 snin.

Noah kellu tumur f’rasu, bil-ġenituri tiegħu li sifruh kemm-il darba barra minn Malta għall-kura, fosthom fl-Ingilterra, anki bl-għajnuna ta’ Puttinu Cares u l-Malta Community Chest Fund Foundation.

Huwa kien jattendi l-iskola primarja tal-Mosta, fejn sab ħafna għajnuna biex ikun jista’ jimxi ’l quddiem minkejja dak li kien għaddej minnu.

Id-dettalji tal-funeral mistennija jitħabbru iktar ‘il quddiem, iżda persuni qrib il-familja ta’ Noah qed jappellaw biex dawk li jattendu ma jilbsux l-iswed.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Aktar ma jmur, aktar il-finali ta’ ‘X Factor Malta’ qed toqrob. It-tielet Live Show jinsab magħna, hekk kif illejla ‘X Factor Malta’ jissokta b’appuntament ieħor ferm mistenni mill-pubbliku Malti u…

Sport

L-MFA qed tinvestiga kif f’partita tal-F.A Trophy, it-tim tax-Xewkija Tigers, li suppost kien qed jilgħab b’għaxar plejers għaliex kellu wieħed imkeċċi, spiċċa l-partita bi ħdax-il plejer. Pietà marru fil-vantaġġ wara…

Qorti

Zeiad Mohamed Abuzoda ġie akkużat li s-Sibt ikkaġuna ħsara u hedded numru ta’ persuni f’San Pawl il-Baħar. Il-Libjan ta’ 40 sena u li joqgħod San Pawl il-Baħar tressaq il-Qorti quddiem…

Saħħa

Ċittadini Maltin li jagħtu l-kunsens biex it-tagħrif mediku tagħhom ikun aċċessibbli minn sptarijiet f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jkunu mgħejuna b’aktar effiċjenza f’każ t’emerġenza waqt li jkunu msefrin. Malta hija fost…

Aktar