Lokali
Aġġornat: Iċ-ċkejkna Ellie operata wara li nstab il-fwied għaliha

L-operazzjoni li għamlet iċ-ċkejkna Ellie rnexxiet.

Ellie bħalissa tinsab fit-taqsima tal-kura intensiva wara li dawn l-24 siegħa li għaddew kienu importanti ħafna għaliha.

Hija kienet ilha sentejn tgħix fl-appartamenti ta’ Puttinu f’Londra tistenna għat-trapjant tal-fwied.

Matul dawn l-aħħar 24 siegħa, it-tifla ġiet infurmata li nstabilha fwied jaqbel magħha, saru t-testijiet meħtieġa u ġiet operata.

L-operazzjoni ħadet madwar 7 sigħat. Tul dawn is-sentejn l-appartamenti ta’ Puttinu kienu l-kenn għal din iċ-ċkejkna u familtha.

Ara wkoll:

ARA: Ellie – l-iżgħar pazjenta Maltija li qed tistenna trapjant tal-fwied

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Ħadd il-Palm fis-skiet, bl-insara isegwu minn djarhom il-funzjonijiet liturġiċi f’sena ta’ ċirkostanzi straordinarji. Il-Ġimgħa Mqaddsa bdiet illum bil-festa li tfakkar id-dħul ta’ Ġesù f’Ġerusalemm u tintemm bħal-lum ġimgħa bl-Għid il-Kbir….

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li issa li l-pajjiż iddikajra emerġenza medika huwa importanti li flimkien nużaw ir-riżorsi kollha biex tintrebaħ din l-emerġenza ħalli jingħelbu l-isfidi ta’…

Lokali

Waqt li bosta minna ninsabu d-dar minħabba l-imxija tal-Coronavirus, l-annimali bħal donnu ħadu l-opportunità u qed joħorġu aktar. Grupp ta’ papri deher fejn il-baħar u dan ġibed l-attenzjoni tan-nies li…

COVID-19

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li qed issir strateġija ta’ kontroll fejn dawk li għandhom sintomi anke ħfief bħal diarrhea jew respiratorji qed jiġu mħeġġa jċemplu l-111. Dan l-appell qed isir…

Aktar