Saħħa
Iċċaqlaq kemm tista’ biex iżżomm qalbek b’saħħitha

Il-mixi jew l-attività fiżika kuljum tista’ tgħin biex iżżomm qalbek b’saħħitha u tiskansa l-attakki tal-qalb li jiġu kkawżati minħabba li l-qalb issib diffikultà biex tippompja d-demm.

Dan joħroġ minn studju ppubblikat fuq ir-rivista Heart Failure maħruġa mill-American College of Cardiology.  L-istudju jgħid li bejn 30 u 45 minuta kuljum ta’ attività fiżika jistgħu jnaqqsu r-riskju b’9% ta’ problemi fil-qalb.

L-istudju sar mill-Università ta’ Buffalo u sar fuq iktar minn 137,000 mara li għandhom bejn il-50 u d-79 sena.  L-attakki tal-qalb jolqtu l-iktar lill-anzjani minabba l-pressjoni għolja jew id-dijabete.

L-esperti raw kif min żamm ruħu attiv fiżikament jipproteġi iktar lil qalbu minn dawn il-problemi.  Mhux importanti kemm ikun intensiv l-eżerċizzju fiżiku, għalhekk anke l-mixi huwa tajjeb biex jipproteġi lill-qalb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Jgħidu li bil-flus tagħmel triq fil-baħar. Miljunarju Ġappuniż ta tifsira ġdida lil din l-espressjoni, għax it-triq li fetaħ twassal saħansitra sa fuq il-qamar. Yusaku Maezawa huwa l-bniedem li xtara l-biljetti…

Barranin

Iċ-Champion Ewropew tal-golf, Celia Barquín Arozamena, ġiet maqtula fl-Istati Uniti. Arozamena, Spanjola ta’ 22 sena, kienet qed tistudja f’Iowa State University, u keinet għadha kemm rebħet il-European Ladies’ Amateur championship…

Saħħa

Il-Bank tad-Demm dalogħdu ħareġ sejħa għall-għoti ta’ demm O positive. Minkejja s-sejħa, il-Bank tad-Demm qal li l-konkorrenza ma kinitx waħda adegwata għall-bżonn kbir li hawn bħalissa. Il-Bank tad-Demm qed jitlob…

Kurżitajiet

F’Bristol, qattus irritorna lura d-dar b’borża tal-plastik mimlija droga. Il-qattus, wara lejl jiġri barra, reġa’ rritorna lura għand sidu li sabu rieqed fuq borża tal-plastik li kienet mimlija droga. Il-borża…

Aktar