X

Iċċaqlaq kemm tista’ biex iżżomm qalbek b’saħħitha

Il-mixi jew l-attività fiżika kuljum tista’ tgħin biex iżżomm qalbek b’saħħitha u tiskansa l-attakki tal-qalb li jiġu kkawżati minħabba li l-qalb issib diffikultà biex tippompja d-demm.

Dan joħroġ minn studju ppubblikat fuq ir-rivista Heart Failure maħruġa mill-American College of Cardiology.  L-istudju jgħid li bejn 30 u 45 minuta kuljum ta’ attività fiżika jistgħu jnaqqsu r-riskju b’9% ta’ problemi fil-qalb.

L-istudju sar mill-Università ta’ Buffalo u sar fuq iktar minn 137,000 mara li għandhom bejn il-50 u d-79 sena.  L-attakki tal-qalb jolqtu l-iktar lill-anzjani minabba l-pressjoni għolja jew id-dijabete.

L-esperti raw kif min żamm ruħu attiv fiżikament jipproteġi iktar lil qalbu minn dawn il-problemi.  Mhux importanti kemm ikun intensiv l-eżerċizzju fiżiku, għalhekk anke l-mixi huwa tajjeb biex jipproteġi lill-qalb.