Lokali
Iċċekkja jekk intix intitolat għall-għotja ta’ darba fuq vettura li xtrajt 11-il sena ilu

Sidien ta’ vetturi rreġistrati u liċenzjati għall-użu personali bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tal-2008 jistgħu japplikaw għal għotja ta’ darba f’rifużjoni tal-VAT.

Kull min huwa eliġibbli għal din l-iskema diġà rċieva notifika minn Transport Malta, tant li minn 6,300 applikanti l-awtorità rċeviet madwar 5,000 applikazzjoni.

Kif tħabbar fil-Budget li għadda, il-Gvern se jagħti rifużjoni ekwivalenti għall-ammont ta’ VAT li tħallas fuq it-taxxa tar-reġistrazzjoni lil sidien ta’ vetturi li rreġistraw il-vetturi tagħhom 11-il sena ilu.

Fi stqarrija, Transport Malta qed tfakkar lil min għadu m’applikax li għandu sas-26 t’April (4 ijiem oħra) sabiex ma jitlifx iċ-ċans li jirċievi pagament ta’ darba b’ċekk, li se jintbagħat fl-indirizz li hemm fil-formola tal-applikazzjoni lil sidien ta’ vetturi eliġibbli.

Sidien ta’ vetturi li kienu rreġistraw il-vettura bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u 31 ta’ Diċembru 2008 li huma eliġibbli għall-iskema iżda li ma kienux applikaw fis-snin li għaddew jistgħu xorta jissottomettu formola tal-applikazzjoni (minn Transport Malta) sas-26 ta’ April.

B’kollox din is-sena ser jiġu proċessati madwar 6,300 applikazzjoni b’ total ta’ €4.9 miljun.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Għaqda Inħobbu l-Gżira, li hija vuċi kontra l-iżvilupp fuq Manoel Island, qalet li minkejja l-petizzjoni li ressqet quddiem il-Kumitat tal-Petizzjonijiet bi 8,487 firma, din għadha ma ġietx diskussa fil-Parlament. Fi stqarrija qalet…

Lokali

Il-Gvern fi stqarrija ċaħad rapporti li xxandru fuq mezzi oħrajn tax-xandir u li anke ġew kwotati minn xi membri tal-Oppożizzjoni, dwar żidiet fil-pagi tal-membri tal-Kabinett. Fl-istqarrija l-Gvern qal li dawn…

Għawdex

Ċifri li kiseb TVM juru li nhar Santa Marija, il-kumpanija Gozo Channel operat mad-90 vjaġġ, żieda ta’ 14-il vjaġġ fuq l-istess jum is-sena l-oħra. B’kollox nhar il-Ħamis qasmu lejn Għawdex…

Aktar