Lokali
Iċċekkja x’tip ta’ regolatur tal-gass għandek

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qed tiġbed l-attenzjoni lill-pubbliku inġenerali li l-provvista tal-gass domestiku f’Malta hu ‘LPG’; taħlita ta’ butan u ta’ propan.

Fi stqarrija, l-Awtorità qalet li sabet każi fejn ir-regolaturi għall-gass maħsuba biss għall-butan qed jinbiegħu flimkien ma’ heater tal-gass jew tal-BBQs.

Konsumaturi li qed jużaw regolaturi maħsuba għall-butan biċ-ċilindri tal-gass domestiċi (LPG) għandhom jieqfu jużawhom immedjatament. Għaldaqstant, dawn ir-regolaturi tal-butan għandhom jiġu rritornati lill-bejjiegħa minn fejn inxtraw. It-tip tar-regolatur tal-gass hu indikat fuq il-pjanċa li tinstab fuq in-naħa ta’ fuq tar-regolatur (ara r-ritratt).

Għal aktar informazzjoni jew mistoqsijiet, wieħed jista’ jikkuntattja lill-MCCAA fuq [email protected]

Nota: L-istampi juru regolaturi maħsuba għall-butan biss għaldaqstant dawn ir-regolaturi mhumiex tajbin.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Ikel li tpoġġa fuq ċint biex jittiekel mill-qtates, spiċċa minflok jittiekel mill-firien. Filmat li ttieħed illum viċin il-venda ta’ Marsaskala minn resident juri qtates żgħar iħarsu lejn l-ikel b’nuqqas ta’…

Kultura

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt ħabbret programm ta’ attivitajiet mużikali għall-kapitali, li jinkludi kunċerti fl-apert u proġett bis-sehem ta’ mużiċisti żgħażagħ. L-istil mużikali se jvarja minn attività għal oħra, minn rock sa…

Kronaka

Uffiċjal tas-sigurtà sofra xi ġrieħi waqt attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.10pm fil-ħanut tal-Eurosport fi Triq Salvu Psaila. Huwa mifhum li l-uffiċjal tas-sigurtà, raġel ta’ 46…

Qorti

Żagħżugħ inżamm arrestat wara li kien akkużat b’moħqrija tal-annimali. Il-Qorti semgħet kif nhar il-Ħadd li għadda l-Pulizija ssejħu fuq rapport ta’ mara li qalet li binha qed ikun aggressiv. Meta…

Aktar