Kultura
Iċċelebrat il-wirt ta’ Esprit Barthet fil-100 sena minn twelidu

Din is-sena tfakkar il-mitt sena mit-twelid ta’ wieħed mill-ikbar artisti tas-seklu għoxrin – Esprit Barthet. L-espressjoni tal-arti tiegħu hija l-legat li ħalla warajh dan l-artist, li quddiemu poġġew mexxejja prominenti Maltin, li l-kwadri tagħhom għadhom jitgawdew sal-lum.

Mari’ tal-bajd; il-ħarsa tagħha tibqa’ maqbuda għal dejjem f’wieħed mix-xogħlijiet ta’ Esprit Barthet, żgur wieħed mill-aqwa artisti Maltin tas-seklu għoxrin. Kif jibqgħu maqbuda personaġġi oħra fl-istorja Maltija, li l-kwadru tagħhom tpinġa minn idejn tal-artist, li din is-sena jaħbat il-mitt anniversarju mit-twelid tiegħu.

Katya Micallef, kuratur ewlieni tal-Arti Moderna u Kontemporanja ta’ Heritage Malta, tiddeskrivi lil Esprit Barthet bħala għalliem li ħalla influwenza kbira fuq l-istudenti li għallem u fuq l-artisti li għexu fi żmienu.

“L-arti tiegħu tvarja. Huwa magħruf għall-‘istill lifes’ li huma iktar forsi tradizzjonali u magħruf għall-‘portraits.’ Għandna ħafna ‘portraits’ tiegħu ta’ nies prominenti. L-iktar li kien magħruf bħala żvilupp modern tal-arti tiegħu, kienu dawk li nsejħulhom rooftops. Dan kien jgħix il-Belt għal żmien twil, u milli jidher ġie ispirat minn dan il-ħafna bini fil-Belt. U ħoloq dawn ir-rooftops ġeometriċi li baqgħu jiġu żviluppati sal-aħħar ta’ ħajtu.”

Esprit Barthet jibqa’ magħruf għall-mod kif jaħdem bil-kuluri u jirnexxielu joħroġ is-sabiħ ta’ kull kulur li jgħaddi minn fuq il-paletta tiegħu. “U hadem ukoll fuq l-istill Life, jigifieri l-portfolio tiegħu huwa vast ħafna.”

Barthet studja l-arti kemm Malta, kif ukoll fir-Regia Accademia di Belle Art f’Ruma, u iktar tard fl-Akkademja tal-Arti f’Bath l-Ingilterra.

F’karriera ta’ 40 sena Barthet żviluppa talent fil-versatilità tal-arti u t-taħlita tal-kuluri, bix-xogħlijiet tiegħu jibqa’ ammirat wara ħajtu f’postijiet pubbliċi, mużewijiet u f’kollezzjonijiet privati f’Malta u barra minn xtutna.

Esprit Barthet miet 20 sena ilu fl-età ta’ 79 sena, iżda ħalla legat kbir fil-qasam tal-arti kontemporanja.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

COVID-19

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’…

COVID-19

Għalkemm il-virus Covid 19 għadu mhux megħlub għalkollox u l-vaċċin kontrih jista’ jieħu bosta xhur oħra sakemm jiġi żviluppat u tibda l-produzzjoni tiegħu, bosta pajjiżi reġgħu bdew ibexxqu l-bieb tas-sistema…

COVID-19

Wara aktar minn xahrejn mċaħħda milli jaraw lill-qraba anzjani tagħhom, għadd kbir ta’ qraba bdew jingħataw l-opportunità li jaraw lil qrabathom minn wara l-perspex. Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vincenz de…

Aktar