Festi
Iċċelebrati llum 3 festi b’elementi uniċi f’Birkirkara, Ħad-Dingli u l-Imġarr

Ħadd wara l-festa ta’ Santa Marija, illum ġew iċċelebrati tliet festi li jħaddnu elementi uniċi. TVM żar il-purċissjoni ta’ Santa Liena li ssir filgħodu, l-offerta għall-irfiegħ tal-istatwa ta’ Santa Marija fl-Imġarr li laħqet somma rekord ta’ €17,000  u l-marċ tal-Festa ta’ Ħad Dingli li ngħata xejra ambjentali.

Ma sbieħ il-Ħadd, il-pjazza u t-toroq fil-qalba ta’ Birkirkara kienu mballati bin-nies għal purċissjoni bl-istatwa ta’ Santa Elena.

”L-għors tagħna li naraw lil Santa Liena ħierġa mill-knisja fit-6 ta’ filgħodu. Santa Liena magħmula għal filgħodu u fix-xemx tidher sabiħa ħafna. Jien ma niġi għalxejn ħlief għal festa. Qas għal marċi ma nattendi imma biex nara lil Santa Liena ħierġa niġi dejjem.”

Fost il-fratelli li ħadu sehem fil-purċissjoni, kien hemm il-fratellanza tan-nisa ddedikata lill-Patruna ta’ Birkirkara. Ir-rettur ta’ din il-Fratellanza spjega li anke l-ilbies hu dinstintiv.

”Il-mazzetta l-ħamra hi pellegrinam, miftuħa min-nofs u buttuna biss fuq u l-arma qiegħdha fin-nofs bl-arma ta’ Sant Elena u flok il-kappun jilbsu velu iswed.”

L-akbar stennija kienet għall-ġirja bl-istatwa ta’ Santa Liena, qabel daħlet lura fil-Knisja.

‘Minn Birkirkara għall-Imġarr: Mat-tokki ta’ nofsinhar, l-Imgarrin inġabru għal tradizzjoni unika. Il-Kappillan Dun George Schembri wara talba u spjega r-regolamenti stieden liż-żewġ gruppi tar-reffiegħa biex jagħmlu l-offerta biex jerfgħu l-istatwa ta’ Santa Marija fil-purċissjoni ta’ filgħaxija.

Il-kappillan qal li l-offerta ta’ €17,000 se tmur għall-proġetti pastorali.

Dun George Schembri qal ”għandna proġett li nagħmlu ristrutturar taċ-ċentru fejn it-tfal u ż-żgħażagħ ikunu aktar komdi fl-ambjent tat-tagħlim.”

F’Ħad Dingli segwejna l-marċ ta’ filgħodu għall-Festa tal-Assunta. Quddiem il-Knisja, folla ta’ nies libsin l-ikħal iċċelebraw mal-banda tar-raħal. B’differenza mis-soltu, iż-Żgħażagħ Brijjużi Dinglin qatgħu l-bżieżaq tal-plastik li kienu jiddistingwu l-marċ, iżda għamlu bżieżaq mod ieħor.”

”Ħsibna li nixtru bubble machine u flok lasktu għandna l-bubbles. Inizjattiva ġdida, naħseb l-ewwel raħal li għamel hekk. U għalhekk nipprovaw bil-mod tagħna ngħinu l-ambjent.”

Il-marċ intemm bi spettaklu ta’ żbroff tal-karti.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Aktar tard din is-sena partijiet minn Malta mistennija jerġgħu jintużaw għall-film blockbuster. Il-film ġdid ‘Jurassic World 3′ mistenni jinħareġ fis-swali taċ-ċinema f’Ġunju tas-sena d-dieħla. L-aħħar film minn din is-serje kellu…

Politika

Il-Ministru Owen Bonnici qal li bħala Ministru tal-Edukazzjoni se jaħdem, fost affarijiet oħra, biex jiġu indirizzati nuqqasijiet fis-sistema biex ħadd ma jaqa’ lura, u biex iżjed nies ikomplu jistudjaw, anke…

Politika

Waqt żjara fil-ħwienet fil-Belt Valletta, il-Prim Ministru Robert Abela intlaqa’ mill-pubbliku, is-sidien, u l-ħaddiema tal-istabillimenti fi Triq ir-Repubblika. Dr Abela qal li l-Gvern qiegħed u ser ikompli jwettaq il-wegħda tiegħu…

Lokali

Tħabbret il-mewt ta’ Terry Jones; storiku u artist, magħruf l-iktar għas-serje televiża Monty Python and the Flying Circus. Terry Jones miet ta’  77 sena, wara li għall-aħħar erba’ snin kien…

Aktar