Lokali
AĠĠORNAT: Iċċedi tinda tal-LIDL fil-Mosta u taqa’ gallarija fuq karozza wara tromba tal-ajru

Ir-riħ qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin jidher li għamel tiegħu u fl-inħawi tal-Mosta u n-Naxxar għamel ħsara f’diversi postijiet. It-tinda tal-kumpless kummerċjali tal-LIDL fil-Mosta spiċċat tqaċċtet u anke qatgħet il-wires tad-dawl. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

F’partijiet oħra tal-Mosta, fit-Triq l-1 Novembru, 1950, waqa’ ħajt twil miet pied u fi Triq l-Għadajjar fil-Mosta wkoll ċediet gallarija u ġiet fuq żewġ karozzi.

Jidher li żewġ persuni li kienu f’karozza minnhom irrifjutaw li jmorru l-isptar għax ma ġarrbux ġrieħi. Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu f’diversi postijiet fil-Mosta biex jagħtu l-assistenza tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Gazzetti

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 22 ta’ Lulju 2018: Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu storja li tgħid grupp ta’ depożitanti tal-bank Pilatus…

Edukazzjoni

Il-qari huwa importanti iżda kemm hu faċli li nġorru ktieb u naqrawh? Ninsabu fl-eqqel tas-sajf – loġikament l-iktar staġun mill-erbgħa li matulu żgħar u kbar ikollhom ftit ħin iżjed mis-soltu…

Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Aktar