Barranin
Iċedi parti mis-saqaf tat-teatru Piccadilly f’Londra

Għadd ta’ persuni weġġgħu ħafif ilbieraħ filgħaxija wara li ċeda parti mis-saqaf tat-teatru Piccadilly f’Londra.

Waqt li seħħ l-inċident għall-ħabta tat-8.00pm, it-teatru kien ippakkjat għad-dramm Death of a Salesman.

Madwar 1,000 persuna li kien hemm fit-teatru dak il-ħin ġew evakwati. Fit-teatru bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.

L-aħħar inċident serju ta’ din ix-xorta f’teatru f’Londra seħħ fl-2013, meta 76 persuna weġġgħu, uħud serjament, meta ċeda s-saqaf tat-teatru Apollo.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa wissiet biex l-imxija tal-Coronavirus ma terġax tgħolli rasha, għaliex il-virus għadu ma għebx. Dr David Nabarro, il-kelliem tal-WHO qal li għalkemm il-lockdowns bdew jintreħew, teħtieġ attenzjoni massima…

Barranin

Riċerkaturi Ingliżi għaddejjin b’ħidma intensiva fejn qed janalizzaw eluf ta’ pazjenti morda bil-Covid-19 biex jippruvaw isolvu l-misteru ta’ din il-marda; l-għaliex għal xi wħud hija fatali mentri oħrajn kulma jaqbadhom…

Barranin

Il-qtil ta’ raġel iswed minn pulizija abjad qanqal protesti vjolenti f’Minneapolis fl-Istati Uniti u wara tlitt ijiem ta’ protesti matul il-lejl li għadda ngħatat in-nar l-għassa tal-pulizija f’din il-belt. Il-protesti…

Barranin

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson ħabbar li minn nhar it-Tnejn, l-għadd ta’ persuni li jistgħu jiltaqgħu barra tela’ għal sitta, b’dawk li mhumiex mill-istess residenza iridu joqgħodu żewġ metri…

Aktar