Barranin
Id-Dalai Lama jieħu t-tilqima Astra Zeneca

Id-Dalai Lama lbieraħ irċieva l-ewwel doża tat-tilqima kontra l-Covid-19.

F’faċilità medika fil-belt ta’ Dharamsala fl-Indja, id-Dalai lama ingħata t-tilqima tal-Astra Zeneca, fejn ħeġġeġ lil kull minn jista’ sabiex jieħu t-tilqima, sabiex noħorġu mill-pandemija.

Hu qal li t-tilqima hija s-soluzzjoni kontra l-Covid-19, fejn hu stess kiteb lilu nnifsu biex ikun fil-lista għall-għotja tal-vaċċin.