Turiżmu
Malta l-ewwel pajjiż fuq il-lista s-safra tad-Danimarka

L-awtoritajiet tad-Danimarka ħabbru li Malta hija l-ewwel pajjiż fil-kategorija s-safra jiġifieri d-Daniżi jistgħu jżuruna mingħajr ma jkollhomx bżonn jagħmlu kwarantina wara li jirritornaw pajjiżhom.

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) laqgħet din l-aħbar l-aktar għax tqis is-suq Skandinavu bħala wieħed kruċjali għal pajjiżna.

Il-Kap Eżekuttiv tal-MTA Johann Buttigieg esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-miżuri li ħadet Malta fl-aħħar xhur, inkluż il-programm ta’ tilqim, qed iħalli riżultati pożittivi li qed jiġu rikonoxxuti barra.