Lokali
Id-dar u l-familja Maltija f’film Awstraljan

Malta hija fost il-waqfiet għall-koppja Awstraljana fil-ġbid ta’ xeni għal In Corpore, produzzjoni ta’ feature film li jesplora l-imħabba, l-monogamija u l-infedeltà.

Sarah Jayne Portelli, Awstraljana ta’ dixxendenza Maltija, tinsab f’Malta ma’ żewġha Ivan Malekin għal ġbid ta’ xeni minn In Corpore, film li jesplora l-imħabba, it-tradiment u l-infedeltà bejn koppji żgħażagħ f’soċjetajiet differenti.

Wara ġbid ta’ xeni f’Melbourne, il-produtturi waqfu Malta bl-istorja tkompli fuq koppja żagħżugħa li għadha kemm iżżewġet. Bejn battuta u oħra, l-udjenza ser tiskopri t-tamiet u l-ħolm ta’ Anna u kif it-tradizzjoni tikkundizzjona l-għażliet tagħha u x’effett jista’ jkollu dan fuq iż-żwieġ tagħha ma’ Manny.

Sarah Jayne Portelli qalet li “my heritage is Maltese so actually I’m shooting in my grandmothers house today so I chose to shoot in Malta for that reason but also because wanted to explore the idea of tradition and braking out of tradition and that sort of things”.

B’waħda mix-xeni tinġibed għand familja f’Ħal Qormi, l-atturi ewlenin jitħalltu m’oħrajn sekondarji madwar mejda fil-ħin tal-ikel.

Sarah Jayne tispjega li l-ġeneru tal-film – mumblecore – jagħti lok biex l-atturi jitħaddtu b’mod naturali u ma jibqgħux lura milli jesprimu ruħhom bid-djalett.

Il-produtturi qalu li din mhix l-ewwel esperjenza tagħhom fil-qasam tal-films.

“Over New Year we shot a feature film Friends, Foes & Fireworks which was shot over one night on New Year’s Eve – so we shot from from 4pm until 7pm. So this year is our second feature film that we’ve produced and our feature film in total” qalet Sarah Jayne.

Sarah Jayne u Ivan Malekin, membri tan-Nexus Production Group minn Awwissu li għadda, irrilokaw f’Malta għax jemmnu li jistgħu jkomplu jikbru fl-industrija tal-films.

Aħbarijiet Oħra
Relazzjonijiet Industrijali

L-Air Malta keċċiet 69 bdot wara li fi stqarrija ddikjarat li taħditiet mal-Union tal-Bdoti, l-ALPA, fallew. Il-linja nazzjonali tal-ajru qalet li t-taħditiet kellhom l-għan li jevitaw is-sensji, fl-istess waqt li…

Lokali

Inawgurati l-uffiċini l-ġodda taċ-Ċentru tal-Medjazzjoni fil-Belt. F’dan iċ-ċentru, iż-żewġ partijiet li jkollhom kwistjoni bejniethom jistgħu jagħżlu li jippruvaw jaslu għall-ftehim qabel jirfsu l-għatba tal-Qorti, u jtemmu tilwima bejniethom b’anqas spejjeż…

Kultura

L-ismijiet tal-frontliners kollha Maltin fil-ġlieda kontra l-COVID-19 ġew inklużi fuq libsa ddisinjata lokalment, f’ġest kreattiv ta’ apprezzament lil dawk kollha involuti f’din il-ħidma, li għadha għaddejja. L-organizzatur tal-Malta Fashion Week…

Solidarjetà

Familja Maltija li kellha każ ta’ Covid-19, kif għadda kollox b’wiċċ il-ġid, tat €1,000 lill-Kummissjoni Emigranti biex bihom tgħin refuġjati li hawn f’Malta. Din id-donazzjoni wasslet biex bdew jitqassmu xirjiet…

Aktar