Id-db Group isejjaħ malizzjużi l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu dwar is-sit tal-ITS

Fi stqarrija d-db Group iddeskriva bħala malizzjużi l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu, partikolarment dawk marbuta max-xiri tas-sit tal-ITS f’San Ġiljan, u l-prezz li dawn ħallsu għalih.

Qalet li skont ir-rapport tal-Awditur Ġenerali, joħroġ biċ-ċar li l-Grupp ħallas skont kemm kien il-valur tas-sit.

Fl-istess rapport, jgħid il-Grupp, m’hemm l-ebda allegazzjonijiet kontra l-istess Grupp jew kontra t-tim li ħatar il-Gvern biex jinnegozja s-sit.

B’reazzjoni il-Moviment Graffitti qal li “f’tentattiv fjakk li jiġbru ġieħhom mid-daqqa ta’ ħarta li tahom ir-rapport tal-NAO dwar il-mostru ta’ Pembroke, id-DB Group qed tibni kontroffensiva permezz tar-relazzjonijiet pubbliċi.”

Fi stqarrija qal li d-db qed jinjoraw fatt importanti – dik li fi kliemhom l-inkjesta tal-NAO kienet imxekkla min-“nuqqas ta’ informazzjoni” u dettalji dwar in-negozjati li saru bejn Gvern u DB. Il-Moviment Graffitti jgħid li kieku ma hemm xejn ħażin fil-proċess, ma kienx ikun hemm bżonn dan il-ħabi sistematiku ta’ fatti minn għajnejn il-pubbliku.

Ittem tgħid li l-Gvern qed jitlef sommom kbar b’din l-operazzjoni kollha.
Aħbarijiet Oħra
Trasport

Ħafifa, twasslek f’radda ta’ salib u ma tniġġisx. Xi trid aktar? Illum il-Jum Dinji tar-Roti. Liema mezz tat-trasport jaqdik f’kemm ili ngħidlek, għalkemm dak li jkun xorta waħda jrid joqgħod…

Saħħa

L-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, l-MCCAA, approvat 20 magna tan-nifs li ġabet b’xejn miċ-Ċina, l-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina. Fi stqarrija, il-President ta’ din l-għaqda, l-eks Ministru Reno…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-proċess ġudizzjarju għadu għaddej, u dwar il-pożizzjoni ta’ Chris Cardona fil-partit indika li se jkun qed jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn iktar ‘il quddiem….

COVID-19

Għalkemm mhumiex permessi attivitajiet tal-massa, jista’ jkun hemm sa massimu ta’ 75 persuna f’post wieħed sakemm hemm spazju għal persuna waħda għal kull erba’ metri kwadri f’uffiċini, teatri u mużewijiet. Waqt…

Aktar