Ekonomija u Finanzi
Id-DBRS tara 2 xejriet pożittivi fl-ekonomija Maltija

L-aġenzija DBRS wara dal-aħħar ħarġet il-klassifika tal-ekonomija Maltija fil-livell A High, issa ħarġet opinjoni oħra li fiha tgħid li tara żewġ xejriet pożittivi fl-ekonomija Maltija. L-ekonomisti tad-DBRS qalu li waħda minnhom hija t-tkabbir ekonomiku impressjonanti li bejn l-2013 u l-2018 kien fil-livell medju ta’ 7.2 fil-mija gross. L-oħra qalu l-ekonomisti hija d-diversifikazzjoni tal-ekonomija li mxiet b’pass mgħaġġel wara li Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea fl-2004.

L-aġenzija qalet li d-diversifikazzjoni anke fis-settur tas-servizzi wasal biex żdied il-prodott domestiku gross f’diversi servizzi ewlenin fosthom fil-gaming wara li Malta diġà kellha settur tas-servizzi f’saħħtu fit-turiżmu u fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Id-DBRS innutat li s-settur tal-arti u d-divertiment sar jikkontribwixxi 15 fil-mija minn 4 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross u tgħid li dan huwa dovut għall-industrija tal-gaming.

Minkejja l-attività qawwija fl-industrija tal-kostruzzjoni, id-DBRS qalet li das-settur naqqas bin-nofs il-kontribut tiegħu fl-ekonomija u s-sena li għaddiet is-sehem tiegħu fil-prodott domestiku gross kien biss ta’ 4 fil-mija nofs dak li kien fl-2004.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

L-AFM għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà bejn sema u ilma. Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti,…

Kronaka

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, talab mill-ġdid għas-sospensjoni tal-proċeduri kontrih. L-avukat ta’ Degiorgio, Dr William Cuschieri talab lill-Prim Awla biex tissospendi l-proċeduri kontrih fil-Qorti…

Kronaka

Anzjan ta’ 74 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-20:30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Vitorja. L-anzjan intlataq minn vettura ta’ tip…

Aktar