Lokali
“Id-deċiżjoni hija mnebbħa mill-bidliet fl-imġiba tal-klijenti”

Il-bank HSBC f’Malta ħabbar li sal-aħħar tas-sena se jagħlaq disa’ fergħat waqt li jżid is-servizzi f’fergħat oħra. Il-Kap Eżekuttiv tal-Bank, Andrew Beane qal li d-deċiżjoni hi parti minn pjan strateġiku li jiffoka aktar fuq servizzi bankarji diġitali, xi ħaġa li l-klijenti – speċjalment anzjani – ma laqgħux bl-istess entużjazmu.

Il-bank ma żvelax in-numru tal-ħaddiema li ser ikunu affettwati iżda ħabbar li se joffri skema volontarja ta’ rtirar kmieni mix-xogħol.

Fil-ġimgħat li ġejjin il-fergħat tal-HSBC f’Birżebbuġa, Bormla, il-Fgura, il-Ħamrun, Wied il-Għajn, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Ħal Balzan u Ħal Qormi se jagħlqu l-bibien taghhom u minflok, il-bank ħabbar li se jiftaħ fergħa ġdida u innovattiva fl-uffiċċji ewlenin f’Ħal Qormi. Fi stqarrija tħabbar li fiha se jiġbor f’post wieħed il-fergħat ta’ Ħal Qormi u Ħal Balzan. Fl-istess waqt tħabbar li se jiftaħ erba’ ċentri għal ‘wealth management’ f’Birkirkara, l-Mosta, Raħal Ġdid u s-Swieqi.

Id-deċiżjoni tal-għeluq tal-fergħat ma ntlaqgħitx tajjeb mill-klijenti tal-bank, speċjalment dawk li huma aktar avvanzati fl-età. “Jiena din ma naqbilx magħha din għax il-Ħamrun huma biss hawn, allura aħna dejjem se jkollna noqogħdu l-Belt biex ninqdew” qalet anzjana.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Bank Malta, Andrew Beane qal din id-deċiżjoni hija mnebbħa mill-bidliet fl-imġiba tal-klijenti nfushom. Skont is-sur Beane r-riċerka tal-bank turi li s-servizzi bankarji tradizzjonali qed jonqsu b’aktar minn għaxra fil-mija fis-sena waqt li l-użu tas-servizzi bil-mobile qed jiżdiedu b’aktar minn 65% kull sena. “What we’re seeing our customers do and not all our customers are go on 100% digital services and we don’t expect to but equally with the change that we’re seeing we do need to take steps to find a balance between different ways people are living their lives and traditional services”

Waqt li s-Sur Beane qal li l-bank se jiffoka aktar fuq is-servizzi bankarji diġitali u l-immodernizzar tal-fergħat, anzjana li kienet ħierġa mill-fergħa tal-Ħamrun li se tingħalaq sal-aħħar tas-sena esprimiet id-diżappunt tagħha għall-bidliet imħabbra. “Hawn nies xjuħ bħalna nieħdu gost niġu l-bank nieħdu l-flus u daqshekk ninqdew u anke jkollna problema għaliex bilfors trid tidħol fuq il-laptops”

Mistoqsi dwar dan, il-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC f’Malta qal li b’40 ATM u s-sittax-il fergħa li se jżomm miftuħin, il-bank se jibqa’ aċċessibbli għal kull tip ta’ klijent fosthom b’aktar servizzi u ħinijiet itwal fil-fergħat tal-Belt Valletta, il-Mosta, Raħal Ġdid, Tas-Sliema u r-Rabat Għawdex.

Is-Sur Beane qal li dwar dan it-tibdil u skema volontarja ta’ rtirar kmieni mix-xogħol, għadu kif beda taħditiet mal-Malta Union of Bank Employees u għalhekk għadu mhux f’pożizzjoni jispeċifika l-għadd ta’ ħaddiema li se jispiċċaw. “So we won’t finalise our exact plans until we’ve had our consultation process and than for colleagues they will be able to choose whether to apply or not and some I’m sure will do so ”

Waqt li ma kkomettix ruħu dwar il-preżenza tal-bank f’Malta, il-Kap Eżekuttiv qal li din is-sena fetaħ 5,000 kont ġdid b’95% minnhom japplikaw online.

Ara wkoll:

L-HSBC se jagħlaq 9 fergħat sas-sena d-dieħla

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni b’reazzjoni differenti għall-għeluq tal-fergħat tal-HSBC

Aħbarijiet Oħra
Politika

L-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, qal li l-membri tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ma setgħux jagħmlu mistoqsijiet dwar il-kuntratt mogħti mill-Awtorità tat-Turiżmu lid-Deputat Laburista Konrad Mizzi, qabel ma l-kontijiet awditjati tal-istess awtorità…

Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa, Chris Fearne, ta rendikont tal-ħidma prekawzjonali li ttieħdet mill-awtoritajiet tas-saħħa kontra l-Coronavirus, waqt li tenna li s’issa Malta m’għandha l-ebda każ ta’ Covid-19. Il-Ministru…

Politika

L-Unjoni Ewropea qablet li torganizza missjoni militari mill-baħar u mill-ajru fil-lvant tal-Mediterran fi sforz biex twaqqaf it-traffikar tal-armi bejn ġellieda u milizji rivali fil-Libja. Dan ser isir biex ma jkomplix…

Edukazzjoni

Il-Malta Trust Foundation, li twaqqfet mill-President Emeritu Marie Louise Coliera Preca, ser testendi s-servizz tal-counselling fl-iskejjel fl-iskola medja ta’ Maria Reġina fin-Naxxar, bħala parti mill-proġett Blossom. Il-fondazzjoni kisbet finanzjament ta’…

Aktar