Lokali
Il-Ministru Clint Camilleri jgħid li se jkompli jerfa’ r-responsabbiltà fil-qasam tal-kaċċa kif għamel fl-aħħar snin

BirdLife Malta qalet li d-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jpoġġi lir-regolatur tal-kaċċa taħt il-Ministeru għal Għawdex hija dijabolika. Fi stqarrija hija kkundannat din id-deċiżjoni li sejħitilha bħala waħda purament elettorali.

Fi stqarrija, hija qalet li kienet tittama li l-Prim Ministru Robert Abela jirrispondi għall-preokkupazzjonijiet ambjentali u jgħaddi r-responsabbiltà tal-kaċċa u l-insib lil Ministeru li jħaddan l-ambjent, u mhux lil-lobby tal-kaċċa u l-insib.

BirdLife Malta qalet li trid tfakkkar lill-Prim Ministru li Malta qed tiffaċċja Proċeduri ta’ Ksur fuq livell tal-UE b’rabta mad-deċiżjoni li tiftaħ l-insib għall-għasafar talgħana u għall-insistenza tagħha li tippermetti l-insib għal speċi oħrajn. Qalet li tittama li l-Prim Ministru hu konxju sew tal-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet soġġettiv li jitħaddem fil-WBRU u l-preżenza qawwija ta’ kaċċaturi u nassaba li hemm f’din it-taqsima. BirdLife Maltaqed tħeġġeġ lill-Prim Ministru biex jerġa’ jikkunsidra din id-deċiżjoni u jpoġġi l-WBRU fi ħdan ministeru li jirrifletti l-aspirazzjonijiet ta’ nazzjon li jqis lill-ambjent bħala prijorità.

Mill-banda l-oħra, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti fi stqarrija sejħet l-għażla tal-Perit Camilleri bħala kontinwità peress li huwa kien diġà  responsabbli għal dan il-qasam. Il-Federazzjoni qalet li tilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Prim Ministru li kompla jafda t-tradizzjonijiet soċjo-kulturali tal-kaċċa u l-insib sostenibbli lill-Ministeru Camilleri li qalet li għandu esperjenza f’din il-materja kemm fil-prattika kif ukoll fl-amministrazzjoni fuq livel Lokali kif ukoll Ewropew.

Anke l-Partit Nazzjonalista kkumenta fi stqarrija mid-deputat Jason Azzopardi li fih ikkundanna dak li sejjaħ l-aġir klandestin tal-Prim Ministru li bih ir-responsabbiltà għall-infurzat fuq il-kaċċa u l-insib ġew moħbija fi ħdan ir-responsabbilità Ministerjali tal-Ministru għal Għawdex. Qal li dan mhux sew għax qal li l-Ministru għandu interess vestit bħala kaċċatur li jara li tali infurzar ma jseħħx.

Fil-Parlament, il-Perit Camilleri stqarr li ser ikompli jerfa’ r-responsabbiltà f’dan il-qasam kif għamel fl-aħħar snin. Huwa qal li l-kaċċaturi u n-nassaba jafu fejn huma ma’ dal-gvern għaliex qatt ma daħak bihom.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Wasteserv bdiet il-proċess biex tkabbar il-faċilitajiet tagħha fil-Magħtab. Madwar għoxrin bidwi fl-inħawi li bejniethom għandhom madwar 250,000 metru kwadru ta’ raba’ ġew infurmati li l-Wasteserv qed tikkunsidra li tespropja din…

Kronaka

Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat wara li allegatament saq fuq uffiċjal tal-pulizija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:30 fl-akkwati ta’ Buġibba u ġie arrestat ftit tal-ħin wara fil-Mellieħa. Aktar dettalji fil-ħin…

Lokali

Il-kumpanija Steward Health Care Malta ppreżentat lill-Awtorita tal-Ippjanar applikazzjoni ta’ żvilupp għall-Isptar San Luqa biex fi kliemha jerġa’ jingħata l-ħajja bħala sptar modern li jinkludi aċċessibiltà aħjar għall-ispazji miftuħin u…

Għawdex

Għadha attiva ħafna fuq l-aġenda tal-gvern l-idea li Malta jkollha sistema ta’ metro, tant li l-Ministru Ian Borg ikkonferma ma’ TVM li l-istudju dwar dan jinsab fl-aħħar fażi tiegħu u…

Aktar