Politika
“Id-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu se jittieħdu” – Il-PM dwar Chris Cardona

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-proċess ġudizzjarju għadu għaddej, u dwar il-pożizzjoni ta’ Chris Cardona fil-partit indika li se jkun qed jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn iktar ‘il quddiem.

Dr Abela qal dan meta mistoqsi mill-midja dwar it-tenibbiltà ta’ Chris Cardona bħala Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, wara r-referenzi li saru għalih fil-Qorti t-Tnejn li għadda, waqt is-seduta tal-kumpilazzjoni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dr Cardona ċaħad l-allegazzjonijiet.

Il-Prim Ministru fakkar li Dr Cardona mhuwiex membru tal-Kabinett u lanqas huwa Membru Parlamentari. “Jien qed insegwi l-proċess ġudizzjarju kif qed jagħmel kulħadd u naturalment imbagħad wieħed irid jasal għall-konklużjonijiet tiegħu,” qal il-Prim Ministru.

Sadanittant, dwar dan il-fatt irreaġixxa l-Partit Nazzjonalista, li lbieraħ fost oħrajn staqsa jekk hemmx xi patt bejn Robert Abela u Joseph Muscat biex Chris Cardona ma jitneħħiex minn Deputat Mexxej, u staqsa wkoll jekk il-Prim Ministru hux se jitlob lill-Pulizija tinvestiga dak li ntqal dwar Chris Cardona u anki dwar Silvio Valletta.

Intant, fi stqarrija llum, Alternattiva Demokratika, qalet li l-Pulizija tinvestiga kull biċċa informazzjoni, kemm-il darba titħalla fil-libertà li taġixxi, iżda l-Partit Laburista għandu obbligu politiku f’dawn iċ-ċirkustanzi li jwarrab lil Chris Cardona minn Deputat Mexxej.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Melvin Theuma jallega li kien hemm intermedjarju ieħor fil-qtil

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar