Politika
Id-deċiżjonijiet tal-Gvern qed iħejju l-pajjiż għall-futur – il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li kemm bl-iżviluppi li qed isiru fl-infrastuttura, u anki bid-deċiżjonijiet għaqlin li ħa dwar il-prezzijiet taż-żejt, il-Gvern qed jipprepara lill-pajjiż għall-futur. Il-Prim Ministru ddikjara l-fiduċja sħiħa tiegħu fil-membri tal-bord tal-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, li qal huma persuni ta’ integrità.

Il-Prim Ministru qal li l-proġett tal-flyover tal-Marsa, li nfetaħ parzjalment din il-ġimgħa, sar biex jagħmel id-differenza għan-nies fin-nofsinhar ta’ Malta. Qal li parti mill-flyover infetħet issa biex ittaffi mill-volum tat-traffiku mistenni, meta din il-ġimgħa t-tfal jerġgħu lura lejn l-iskola.

F’kollegament telefoniku fuq ONE Radio, Dr Muscat spjega li l-Gvern qed jieħu l-infrastuttura bis-serjetà, u minbarra l-proġett ta’ €700 miljun biex f’seba’ snin isiru t-toroq kollha tal-pajjiż, hemm €70 miljun oħra għal proġetti infrastrutturali kbar.

Dwar l-inkjesta pubblika fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galiza, il-Prim Ministru ddikjara l-fiduċja fil-persuni magħżula biex imexxu din l-inkjesta, għax huma ta’ integrità. Qal li hu lest li jħares u jisma’ dak li għandha xi tgħid il-familja Caruana Galizia.

Dr Muscat qal li l-Gvern minn dejjem qabel li ssir inkjesta pubblika, u r-riżerva dejjem kienet meta u kif, sabiex ma jkunux imfixkla l-proċessi l-oħra li għaddejin fir-rigward ta’ tliet persuni akkużati bil-qtil.

Dwar ir-rapport tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Prim Ministru stqarr li minkejja r-riżervi kbar tal-gvern dwar il-metodoloġija użata, il-fatt li hu preġudikat u mimli ineżatezzi, xorta daħal f’diskussjonijiet mal-Kunsill tal-Ewropa biex it-termini tal-inkjesta jkunu ċari ħafna. Spjega li l-inkjesta, fost oħrajn, se tara l-gvern setax ikun jaf jew setax jagħmel xi ħaġa biex jipprevjeni dan il-qtil.

Mistoqsi dwar l-attakki fuq ir-raffineriji taż-żejt fl-Arabja Sawdija u l-effett tagħhom fuq il-prezz taż-żejt, Dr Muscat spjega li bid-deċiżjonijiet għaqlija li l-Gvern ħa fil-passat, assigura li jvarja kemm ivarja l-prezz taż-żejt, il-kontijiet jibqgħu stabbli. Spjega li kieku bqajna bis-sistemi ta’ gvernijiet Nazzjonalista, bħalissa l-Gvern kien ikollu jkellem lill-poplu biex jiġġustifika żieda fil-prezz tal-elettriku.

Dr Muscat qal li dan il-Gvern lin-nies qed jgħidilhom li jistgħu jserrħu rashom għaliex dan huwa Gvern li jaħdem u jieħu deċiżjonijiet biex iħejji lill-pajjiż għall-futur.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Is-servizz tal-posta Malti lejn iċ-Ċina ġie sospiżi b’effett immedjat minħabba li diversi linji tal-ajru ssospendew it-titjiriet lejn iċ-Ċina. Il-Maltapost ħabbret li se twaqqaf dawn is-servizzi sakemm jinħareġ avviż ieħor minkejja…

Parlament

Il-Parlament beda d-diskussjoni fl-istadju tat-tieni qari l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija. L-abbozz tressaq mill-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri li qal li l-Gvern se jneħħi s-setgħa tiegħu…

Annimali

David Pace ingħata sentenza sospiża flimkien ma’ multa ta’ €25,000 mill-Maġistrrat Donatella Frendo Dimech wara li nstab ħati ta’ trattament ħażin tal-annimali u li rreżista lill-uffiċjali pubbliċi meta f’Dicembru tal-2017…

Politika

Il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni kkonkludiet li ma jirriżultax li l-Ministru Ian Borg jew xi uffiċjal tal-Awtorità tal-Ippjanar jew tal-Awtorità tat-Turiżmu rċieva xi flus jew xi vantaġġ ieħor fil-proġett taċ-ċentru interpretattiv…

Aktar