Lokali
Id-dehra l-ġdida tad-daħla tal-Belt – funtana restawrata u pavimentar ġdid

Il-funtana ta’ Tritoni reġgħet bdiet issebbaħ id-daħla tal-Belt wara li ġiet inawgurata mill-ġdid flimkien mal-pavimentar taż-żona li issa saret ukoll pedonali. TVM ħa r-reazzjonijiet ta’ uħud li jiftakru fi żminijiet oħra u oħrajn li dalgħodu kienu qed jammiraw il-pjazza tat-Tritoni.

Id-dehra ġdida tad-daħla tal-Belt, bil-funtana maestuża tat-Tritoni restawrata u taħdem bħala funtana, qanqlet memorji ta’ nostalġija fost bosta persuni li jiftakru dan il-post mod ieħor, meta l-funtana kienet sservi aktar bħala roundabout għall-karozzi tal-linja milli opra artistika.

 

Biex tikkumplimenta l-inawgurazzjoni ta’ Pjazza Tritoni, fid-daħla tal-Parlament sa nhar it-Tlieta qed issir wirja ta’ ritratti tal-funtana u l-pjazza tul is-snin fosthom uħud li juru l-fażijiet differenti waqt il-proċess tar-restawr.

Ara x’qalu n-nies fl-inawgurazzjoni tal-funtana restawrata u l-pavimentar ġdid fid-daħla tal-Belt:

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’ 5 lokalitajiet inbidlilhom in-numru tal-bieb tad-dar tagħhom. Fi stqarrija ntqal li l-bibien ta’ dawn it-toroq ingħataw numri ġodda, bir-residenti huma…

Lokali

Infrastracture Malta, l-Aġenżija responsabbli mill-proġett Central Link bejn l-Imrieħel u r-Rabat tidher li għadha qed tiffinalizza l-pjanti. Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Aġenżija, l-Inġinier Fredrick Azzopardi qal li bil-proġett mhux ser jitneħħew aktar…

Lokali

Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum l-Erbgħa 20 ta’ Ġunju 2018: THE MALTA INDEPENDENT jirrapporta li l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna lbieraħ esprima l-fiduċja tiegħu fil-ħaddiema tal-Financial Intelligence Analysis…

Lokali

Il-Parlament ta l-approvazzjoni finali għall-emendi fil-liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijun li ghaddew b’34 vot favur u 27 vot kontra. Qabel ittieħed il-vot, il-Whip tal-Gvern informa lill-Kamra li tliet deputati tal-Gvern kienu…

Aktar