Politika
Id-delegazzjoni tal-PE tasal għada – se tiddiskuti s-sitwazzjoni tal-pajjiż

Bejn għada t-3 ta’ Diċembru u l-4 ta’ Diċembru, se tasal Malta delegazzjoni tal-Parlament Ewropew biex tiddiskuti s-sitwazzjoni politika tal-pajjiż.

Id-delegazzjoni magħmula minn Roberta METSOLA (EPP, MT), Birgit SIPPEL (S&D, DE), Sophie IN ‘T VELD (NL), Sven GIEGOLD (Greens/EFA, DE), Nicolaus FEST (ID, DE), Assita KANKO (ECR, BE) u Stelios KOULOGLOU (GUE/NGL, EL) se tiltaqa’ mas-soċjetà ċivili, il-gvern Malti, l-awtoritajiet, il-ġurnalisti u l-familja Caruana Galizia.

Il-grupp se jiltaqa’ mal-President ta’ Malta George Vella, il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici, l-Avukat Ġenerali Dr Peter Grech, l-Ispeaker Anġlu Farrugia, il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar kif ukoll il-Kamra tal-Avukati.

Dan il-grupp se jiġi Malta skont ir-Rule of Law Monitoring Group li twaqqaf mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili fl-2018 wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-ġurnalist Slovakk Jan Kuciak u t-tfajla tiegħu.

Il-delegazzjoni se tintbagħat wara li nstabu nuqqasijiet serji f’dak li għandu x’jaqsam mas-saltna tad-dritt mill-investigazzjonijiet tal-Europol u aġenziji tal-UE.

Aħbarijiet Oħra
Safar

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-lukandi u r-ristoranti (MHRA) laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern li jiftaħ mill-ġdid l-ajruport għalkemm tibqa’ żżomm mal-pożizzjoni tagħha li kien ikun aħjar għas-settur turistiku li kieku l-ajruport jiftaħ fil-15 ta’…

COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qed tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex ikun iddixiplinat u jsegwi l-pariri tal-esperti mediċi biss. Fi stqarrrija l-MAM esprimiet tħassib dwar il-proposti tal-Prim Ministru li qalet huma mingħajr bażi…

Kultura

Ir-restawr fuq l-ikbar esebit fil-Mużew Marittimu lest. Il-Pulena, li għamlet żmienha fuq il-pruwa tal-HMS Hibernia, reġgħet lura għall-glorja tagħha. Għalissa fis-skiet għaliex il-pandemija għalqet il-bibien tal-mużewijiet, imma la jerġgħu jiftħu…

Aktar