“Id-demokrazija u l-libertà jeħtieġu ħarsien kontinwu” – Adrian Delia

Il-Partit Nazzjonalista inawgura wirja dwar Fortunato u Nerik Mizzi, bħala parti mill-attivitajiet li jfakkru l-anniversarju tal-55 sena mill-kisba tal-Indipendenza. Il-wirja qiegħda fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista u nfetħet mill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

Fi stqarrija tal-Partit Nazzjonalista Dr Delia ġie kwotat jgħid li Nerik Mizzi kien il-ġgant politiku u patrijott li ġie eżiljat minħabba l-prinċipji tiegħu u dejjem baqa’ sod f’dak li jemmen.

Dr Delia spjega kif il-viżjoni ta’ Fortunato Mizzi, segwita minn dik ta’ ibnu Nerik fissret rivoluzzjoni li waslet għal evoluzzjoni ta’ bidliet soċjali u kulturali importanti fis-soċjetà Maltija. Huwa tkellem dwar il-ħtieġa li l-Partit Nazzjonalista mhux biss iħares il-legat li ħallew Fortunato u Nerik Mizzi imma li jkompli jgħix il-valuri li għaddew. Għalhekk qal Dr Delia il-ħidma trid tkompli ssir fuq tliet binarji – il-ħarsien tad-demokrazija u l-libertà u li dawn ma jibqgħux imminati minn korruzzjoni istituzzjonalizzata, u l-ħtieġa li l-Partit jibqa’ magħqud biex ikompli jiġġedded.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

Il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea, b’xi mod jew ieħor jaffettwaw lil kull wieħed u waħda minnha. Għaldaqstant, matul proċess twil sakemm tgħaddi xi liġi ġdida, ir-rappreżentanti tagħna fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill tal-Unjoni…

Lokali

Miet jagħmel l-aktar ħaġa għal qalbu . . . jaħdem il-karrijiet tal-Karnival. Jean Paul Bonett, magħruf bħala ċ-Chippy, se jagħlaq sitt xhur mindu ħa xokk f’maħżen tal-Karnival li ħallieh tal-post….

Negozju

It-tarzna ta’ Bormla ser ikollha sidien ġodda hekk kif il-kumpanija Palumbo lesta li tbiegħ nofs l-ishma tagħha lil kumpanija MSC Cruises. Il-proċess għal dan it-trasferiment tal-ishma diġà beda tant li…

Aktar