Saħħa
Id-dentisti qed jaraw biss pazjenti għal emerġenzi

L-imxija tal-Covid-19 ħalliet ukoll il-marka tagħha fuq id-dentistrija.

Id-dentisti qed jaraw biss l-pazjenti għal emerġenzi, bi kważi tliet kwarti tal-proċeduri li s-soltu jagħmlu kellhom jiġu posposti.

TVM iltaqa’ ma’ żewġ dentisti li spjegaw kif qed jaġġustaw għaċ-ċirkostanzi b’miżuri akbar ta’ prekawzjonijiet għas-saħħa tagħhom u tal-klijenti.

Il-pandemija tal-Covid-19 laqtet bosta servizzi tal-kura tas-saħħa, u d-dentristija m’hijiex eċċezzjoni.

Dentisti li tkellimna magħhom qalu li qed jaraw biss pazjenti li għandhom emerġenzi.

“Qegħdin taħt direzzjonijiet u direttivi ġodda biex naraw biss pazjenti li jkollhom bżonn. Każi ta’ emerġenza qed naraw każi urġenti, dawk li jkollhom uġiegħ immedjat.”

Proċeduri oħrajn li jistgħu jistennew ser ikollhom jistennew biex ma jikbirx ir-riskju li jinfirex il-virus fil-kliniċi tad-dentisti.

”Ir-riskju propju hu li aħna ma nistgħux inżommu distanza mal-pazjent, fejn qed ngħidu lill-kulħadd biex iżomm metru u nofs, aħna rridu nidħlu fil-ħalq tal-pazjent biex naraw jew noperaw.”

Ċertu proċeduri li jistgħu joħolqu riskju akbar mhumiex jintużaw mid-dentisti.

”Aħna nużaw high speed turbine u din toħloq aerosol, titfa l-arja u jet tal-ilma li timla l-kamra kollha u din qiegħda under high pressure, u din hija l-kbar riskju għad-dentisti u għall-istaff tagħna, fil-fatt parti mill-protokol hu li ma nistgħux nużaw jew li kemm jista’ jkun ma nużawx high speed turbines.”

Id-dentisti Daniel Cassar Darien u Kenneth Spiteri qalu li anki f’ċirkostanzi normali, id-dentisti jużaw prekawzjonijiet stretti u livelli massimi ta’ iġenje biex jevitaw ir-riskju ta’ trasmissjoni ta’ mard infettiv.

”Għall-Covid-19 qegħdin jużaw miżuri iżjed stretti bħall-screening ta’ pazjenti b’termometru tad-deni, l-użu ta’ sanitiżers u l-użu ta’ maskri iżjed sikuri.”

Iż-żewġ dentisti offrew pariri bażiċi biex wieħed isaħħaħ il-kura tas-snien mid-dar u jevita li ssir il-ħsara b’ikel u xorb li jnawwar is-snien.

”It-tnaqqir, speċjalment l-ikel li fih ħafna żokkor, jew li jkun aċiduż, huwa waħda mill-agħar affarijiet li tista’ tagħmel lill-ħalq meta wieħed joqgħod inaqqar minn filgħodu sa filgħaxija xi gallettina jew xi ċikkulata, il-ħsara li jkun qed jagħmel fil-ħalq hija tremenda.”

”Tinfexxewx fl-ikel u tinfexxewx f’affarijiet li fihom ħafna żokkor għax ħsara jkollkom.”

Id-dentisti jirrakkomandaw li min jenħtieġ proċeduri ta’ emerġenza fi snienu u għandu s-sintomi tal-Covid19, għandu l-ewwel jikkuntattja lill-awtoritajiet tas-saħħa.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo qal li ħdax-il persuna ta’ nazzjonalità Maltija jinsabu f’ħabsijiet barra minn Malta. Huwa qal dan fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari li saret mid-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud…

COVID-19

Hekk kif min-nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju se jiġu rilaxxati l-maġġoranza tal-miżuri restrittivi b’rabta mal-Covid-19, il-Gvern ħabbar il-kundizzjonijiet u linji gwida ta’ mitigazzjoni għall-bqija tal-ħwienet u negozji fosthom dawk tat-tpinġija u…

COVID-19

Min-nhar il-Ġimgħa jissoktaw iż-żjarat lill-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hekk kif jintemmu l-maġġoranza tar-restrizzjonijiet marbuta ma’ COVID-19. Fi stqarrija ngħad li bil-għan li fil-faċilità jibqgħu jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa, f’dawn iż-żjarat mhux…

Xogħol

Il-Forum Unions Maltin esprima t-tħassib tiegħu bid-deċiżjoni li l-ħaddiema tal-Gvern ġew mitluba jirritornaw fil-postijiet tax-xogħol fil-jiem li ġejjin. Fi stqarrija, qal li dan qed jingħad f’kuntest ta’ nuqqas kbir ta’…

Aktar