Ekonomija u Finanzi
Id-Deputat PM dwar fażi ġdida: Inżommu l-COVID-19 taħt kontroll u nagħtu spinta lill-ekonomija

L-għada li tħabbar il-pjan għar-riġenerazzjoni ekonomika, id-deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li mil-lum bdiet fażi ġdida fejn waqt li l-COVID-19 tinżamm taħt kontroll, l-ekonomija terġa’ tibda tieħu r-ruħ. Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Gvern mar għal massimu ta’ kemm jiflaħ il-pajjiż iżda kien responsabbli biex ma jgħabbix bid-dejn lill-ġenerazzjonijiet futuri.

F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada li tħabbar il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, id-deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li b’differenza għal pajjiżi oħra, Malta irnexxielha trażżan il-pandemija u issa tinsab fil-fażi li terġa’ tagħti spinta lill-ekonomija. Dr Fearne qal li dak li l-pajjiż irnexxielu jirbaħ fil-qasam tas-saħħa issa irid isarrfu fil-qasam ekonomiku.

Dr Fearne qal li fis-settur tas-saħħa, l-Gvern ma ixxaħħaħx u nefaq mal-€100 miljun aktar mill-budget allokat minħabba l-emerġenza medika tal-pandemija. Wiegħed li meta se jiddiskutu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-frontliners, se jżommu f’moħħhom dak li wettqu fl-aħħar ġimgħat.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-miżuri mħabbra indirizzaw sitwazzjoni bla preċedent:”Aħna morna il massimu li l-pajjiz jfilaħ, special effort, imma imbagħad hemm il-limitu u naħsbu li l-mod kif itargetjajnihom se jilhqu ir-riżultat meħtieġ.”

Il-Ministru għall-Finanzi qal li l-prijortà tal-Gvern hi li jħares l-impjiegi waqt li permezz tal-inizjattivi u l-inċentivi li tħabbru, l-ekonomija ma ddumx ma terġa’ taqbad l-istess ritmu li kellha fl-aħħar snin. Qal li għalkemm l-pakkett ekonomiku hu ta’ €900 miljun, il-gvern jinsab ċert li l-pajjiż jiflaħ għalih u huwa sostenibbli.

Żied jgħid li f’dan il-pakkett b’diversi inċentivi lin-negozji u lill-familji, il-Gvern kien responsabbli biex ma jgħabbix bid-dejn lill-ġenerazzjonijiet futuri. Il-Professur Scicluna qal li s-surplus li nkiseb fil-passat kien maħsub għal sitwazzjonijiet bħal dawn u l-Gvern m’għandux għalfejn joħloq taxxi ġodda biex jikkumpensa.

Mistoqsi minn TVM jekk il-vouchers ta’ €100 li ser jingħataw lil kull persuna li għalqet is-16-il sena jistgħux jiġu trasferiti minn persuna għall-oħra, il-Ministru Scicluna qal li dawn jistgħu jiġu trasferiti u saħaq li l-iskop tagħhom hu li jagħtu spinta lin-negozji li jiddependu fuq il-konsum.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Infrastructure Malta għażlet żewġ artisti u żewġ ditti tal-arkitettura minn Malta, Ċipru u r-Rumanija sabiex jipproduċu erba’ xogħlijiet artistiċi kbar għaż-żoni bis-siġar u passaġġi madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project wara…

Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

COVID-19

Ir-reġjun Spanjol ta’ Katalunja reġa’ mpona restrizzjonijiet biex irażżan l-imxija f’żona fejn jgħixu 210,000 persuna u fejn fl-aħħar jiem kien hemm żieda fil-każijiet ġodda ta’ coronavirus. Ħadd mhu se jitħalla…

Aktar