Parlament
Id-Deputat PM jgħid li Steward Health Care għadhom kommessi li jaħdmu f’Malta

Id-Deputat Prim Minsitru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Gvern kien infurmat bil-fomm mill-Kap Eżekuttiv ta’ Steward Healthcare f’Malta dwar ix-xiri ta’ ishma ta’ shareholder Amerikan mill-istess Steward Healthcare.  Huwa qal li Gvern qed jistenna spjega bil-miktub dwar dan u wara il-Gvern jifli l-pożizzjoni tiegħu.  Qal li Steward Health Care għadhom kommessi li jaħdmu f’Malta u l-ħaddiema m’għandhomx għalfejn jinkwetaw.

Id-Deputat Prim Minsitru qal dan fil-Parlament waqt id-diskussjoni dwar l-estmi finanzjarji tal-organizazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurta fuq il-post tax-xogħol, l-OHSA.

Huwa kien qed iwiegeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li akkuża lill-Gvern li ma qalx jekk Steward HealthCare inbegħitx u min xtraha.

Il-persuni jirreġistraw ma’ Jobsplus

Dr Delia akkuża lill-Prim Minsitru Robert Abela li mhux biss ma tkellimx dwar Steward iżda injora 7,000 ħaddiem oħra li huma qegħda.  Huwa qal li rapport tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika għal April, juri li b’kollox hemm 10,816-il-persuna qegħda bi 3,900 jirreġistraw ma’ Jobsplus.  Ikkritika wkoll lill-Prim Minsitru li qal mhux jimxi mal-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni sostna li qed isiru binjiet mingħajr osservanza tal-liġi għax kuntratturi jippretendu amnestija.  Sostna wkoll li l-pulizija, is-suldati u ħaddiema oħra m’għandhomx sigurta meta jintervjenu biex ixejnu inkwiet fejn igħixu immigranti irregolari.

Malta bl-inqas rata ta’ inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol fl-Ewropa

Id-Deputat Prim Minsitru Fearne wieġeb li l-Kap tal-Oppoizzjoni tkellem dwar ħafna affarijiet izda mhux dwar is-sigurta u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.  Huwa qal li Malta għandha l-inqas rata ta’ incidenti fatali fl-Ewropa fuq il-post tax-xogħol.  Qal li dan huwa mertu tal-organiżazzjoni għas-saħħa u s-sigurta li twettaq kampanji edukattivi u ta’ informazzjoni waqt li jsiru spezzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol.  Permezz ta’ dawn l-ispezzjonijiet, is-sena li għaddiet inħargu 350 multa waqt li ttieħdu passi bil-Qorti f’100 kaz ieħor.

Il-Ministru Fearne qal li l-każ traġiku tat-tigrif tal-binja fil-Ħamrun li fiha persuna tilfet ħajjitha huwa ta’ dieqa iżda l-każ ma jaqax taħt  il-kompetenza tal-OHSA għalkemm jimmerita diskussjoni.

Il-Minsitru tas-Saħħa qal li għaddejja ħidma biex f’postijiet tax-xogħol ewlenin ikun hemm uffiċjal imħallas apposta u imħarreg biex jieħu ħsieb is-saħħa mentali tal-ħaddiema u jittieħdu passi malli problema bħala din tiffaċċja.

Dwar is-sitwazzjoni minħabba l-COVID 19, id-deputat Prim Minsitru qal li l-fatti ta’ ċifri baxxi ta’ pazjenti pożittivi u każijiet attivi  ma jista’ jmerihom ħadd.  Qal li l-pajjiż illum għandu aktar għodod statistici, ta’ riżorsi umani u ta’ tagħmir biex jaffronta l-marda.  Huwa qal kieku l-gvern sema’ mill-Oppozizzjoni u għamel lockdown totali, l-għadd ta’ nies qegħda huwa ferm akbar.

L-allegazzjoni dwar is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo

Il-Minsitru Fearne irrefera ukoll għall-allegazzjoni li għamel id-deputat nazzjonalista Jason Azzopardi fl-aġġornament tas-seduta tat-Tlieta fejn  saħaq li l-Pulizija tinvestiga lis-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo dwar il-bini ta’ sptar prefabrikat.

Il-Ministru Fearne akkuża lid-deputat Azzopardi li ma setax juża l-privileġġ parlamentari biex jagħmel insinwazzjonijiet u jitfa’ suspetti infondati.  Waqt li qal li s-Segretarju Parlamentari Bartolo iddikjara li dak li qal l-avuakt Azzopardi ma kienx veru, semma’ li l-kumpanija li semma’ d-deputat Azzopardi lanqas biss tefgħet offerta għall-bini ta’ dan l-isptar.

Huwa stieden lid-deputat nazzjonalista biex jekk għandu fatti f’idejh iqegħdom fuq il-mejda tla-Kamra jew imur bihom għand il-Pulizija inkella jirtira l-akkużi li għamel.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar