Lokali
Id-Deputat tal-PN Frederick Azzopardi lura għall-kura f’Malta

Id-Deputat Parlamentari Frederick Azzopardi qed jingħata kura l-isptar Mater Dei wara li nġib b’air ambulance mill-Marokk fejn kien qed jingħata kura f’ċentru mediku.

Is-Sur Azzopardi ħassu ma jiflaħx nhar il-Ħadd li għadda waqt li kien il-Marokk fuq ħidma parlamentari bħala membru tad-delegazzjoni Maltija li ħadet sehem fil-laqgħa tal-ħarifa tal-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa.

Fi stqarrija llejla, l-ispeaker Farrugia qal li d-deputat Azzopardi inġib lura Malta, u f’isem il-Parlament Malti awgura fejqan ta’ malajr lis-Sur Azzopardi.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-gvern ħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib tal-ħarifa għal żewġ speċi: il-pluviera u l-malvizz. Fi stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ntqal li wara li evalwa r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat Ornis, l-istaġun…

Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar