Parlament
Id-Deputat tal-PN Frederick Azzopardi se jinġieb b’air ambulance u jkompli l-kura medika f’Malta

Id-Deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi se jinġieb Malta b’servizz ta’ air ambulance biex ikompli l-kura medika meħtieġa f’Malta.

Dan intqal mill-Ispeaker Anġlu Farrugia fil-Parlament fi twegiba lid-Deputat Kap tal-Oppożizzjoni, David Agius li talab li jkun magħruf l-aħħar żviluppi fuq il-kundizzjoni medika tad-Deputat Azzopardi.

Id-Deputat Azzopardi ħassu ma jiflaħx meta kien qed jattendi laqgħa tal-OECD li saret fil-Marokk. Hemmhekk kien akkumpanjat mid-Deputati Laburisti Rosianne Cutajar u t-Tabib Etienne Grech li tawh l-attenzjoni tagħhom sakemm familjari ta’ Azzopardi ngħaqdu miegħu.

L-Ispeaker Farrugia qal li l-istaff tiegħu qegħdin f’kuntatt kontinwu mal-familji tad-Deputat Azzopardi u mal-klinika privata fejn qed jingħata kura.

Huwa rringrazzja l-istaff tiegħu u l-istaff tal-Ministeru tas-Saħħa li qed jgħinuh biex jinġieb lura Malta. Qal li dan jista’ jsir wara li ġie aċċertat li l-kundizzjoni tiegħu tippermetti li jinġieb fil-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Din is-sena tfakkar il-mitt sena mit-twelid ta’ wieħed mill-ikbar artisti tas-seklu għoxrin – Esprit Barthet. L-espressjoni tal-arti tiegħu hija l-legat li ħalla warajh dan l-artist, li quddiemu poġġew mexxejja prominenti…

Kultura

Din is-sena tfakkar il-mitt sena mit-twelid ta’ wieħed mill-ikbar artisti tas-seklu għoxrin – Esprit Barthet. L-espressjoni tal-arti tiegħu hija l-legat li ħalla warajh dan l-artist li quddiemu poġġew mexxejja prominenti…

Sport

Il-Fondazzjoni Kottonera u l-Bicycle Advocacy Group ingħaqdu flimkien biex  jagħtu opportunità lid-delettanti tar-rota jipprattikaw id-delizzju tagħhom filwaqt li japprezzaw il-patrimonju kulturali li hija mogħnija bih il-Kottonera. L-attività sabet ukoll l-appoġġ…

Kronaka

Raġel ġarrab xi ġrieħi wara li llejla ttajar fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30pm fi Triq Aldo Moro. Il-persuna ttajret fil-karreġġjata lejn il-Belt, viċin il-pont pedonali, minn karozza misjuqa minn raġel…

Aktar