Politika
Id-deputati tal-PN joħorġu mill-Parlament

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, qal li se jinforma lill-Parlament u joqgħod għall-iskrutinju tad-deputati dwar l-aħħar żviluppi b’rabta mal-istħarriġ fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fil-mument opportun. Dr Muscat stqarr li bħalissa għaddejjin interrogazzjonijiet mill-Pulizija u f’dan l-istadju hu prematur li jitkellem.

Il-Prim Ministru Muscat qal li dak li gara fis-siegħat li għaddew wera li l-istituzzjonijiet jaħdmu u ma jħarsu lejn wicc ħadd. Dr Muscat qal li hu jerfa r-responsabilitajiet kollha tiegħu. Żied li kif qal sentejn ilu jasal il-mument tiegħu li jirriżenja, iżda mhux f’dan il-mument. Żied li kif qal sentejn ilu, jasal il-mument tiegħu li jirriżenja, iżda mhux bħalissa għax qal li f’dan il-mument, li sejjaħlu delikat, il-pajjiż għandu bżonn tmexxija, u hu mhux se jabdika minn din ir-responsabbiltà

Id-deputat Robert Arrigo, sejjaħ għar-riżenja tac-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi u staqsa lill-Prim Ministru kienx se jkeċċihom mill-pożizzjonijiet li jokkupaw fil-gvern minħabba r-rabtiet tagħom ma’ Yorgen Fenech.

Il-Prim Ministru Muscat wieġeb li dawn iż-żewġ persuni ma ssemmewx b’rabta mal-każ.

Id-Deputat Arrigo wieġeb li fin-nuqqas ta twegiba dwar it-tkeccija ta’ dawn iż-żewg persuni, l-Oppozizzjoni kienet se titlaq ‘il barra bi protesta. L-Oppożizzjoni ħarġet mill-kamra tar-rappreżentanti għax qalet li mhux se tkun parteċipi ma’ gvern li mhux jinteressah mill-interess nazzjonali.

Intant is-seduta ssuktat b’diskussjoni fit-tieni qari dwar abbozz ta’ ligi fuq il-ħasil ta’ flus. Il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, qal li hu qatt ma ndaħal fir-reklutaġġ jew it-tmexxija tal-FIAU. Ilmenta li taħt gvern preċedenti din l-istituzzjoni tħalliet mingħajr rizorsi umani u tekniċi fosthom fit-teknoloġija tal-informatika.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Heritage Malta flimkien mal-Fond Soċjali għall-Iżvilupp Nazzjonali, ġabu lura Malta pittura prestiġġjuża ta’ Mattia Preti li sal-aħħar tas-seklu 19 kienet fil-Palazz tal-Granmastru l-Belt u mbagħad spiċċat f’kollezzjoni privata l-Istati Uniti….

Qorti

Ingliż ta’ 43 sena, Neil Andrew Bebbington li joqgħod iż-Żebbuġ, Għawdex ingħata sentenza ta’ probation wara li ammetta li fl-2018 kellu fil-pussess tiegħu droga kokaina u kannabis. Huwa kien akkużat…

Qorti

Raġel li sawwat sal-punt li kważi qatel raġel fis-sakra li ħebb għalih barra post tad-divertiment inħeles mill-akkużi fuq bażi li ddefenda ruħu. Shaun Demicoli ġie akkużat li darab gravi lit-Tuneżin…

Lokali

Il-Gvern mistenni jibda l-proċess ta’ għażla ta’ żewġ Prosekuturi Delegati Ewropej biex jingħaqdu fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pobbliku Ewropew (UPPE), li ser ikunu stazzjonati Malta. L-għażla se ssir permezz ta’ sejħa pubblika bil-għan…

Aktar