Id-dgħajjes jispiċċaw vittmi tal-maltemp

Kienu diversi dgħajjes li fl-aħħar jiem spiċċaw vittmi tal-mewġ qawwi li ħakem il-bajjiet Maltin. Ritratti li ttellgħu fuq il-midja soċjali kienu xhieda ta’ dgħajjes li spiċċaw inqatgħu mill-irbit u telgħu fuq ix-xatt, jew saħansitra għerqu.

Ilbieraħ kien imbassar il-maltemp għal jiem li ġejjin, inkluż riħ qawwi li jaf ilaħħaq forza 6.