Saħħa
“Id-dibattitu dwar il-legalizzazzjoni tal-kannabis mhuwiex wieħed faċli”

Id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt, qal li d-dibattitu dwar il-leġiżlazzjoni tal-kannabis għal skop rikreattiv mhux wieħed faċli u kollox għandu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tiegħu.

F’konferenza tal-aħbarjiet ma’ rappreżentanti mal-Assoċjazzjoni tal-Psikjatrija, il-Fondazzjoi Oasi u l-Aġenzija Sedqa, is-Sur Gatt innota l-argumenti li jsiru minn persuni favur il-kannabis rikreattivi fosthom dwar li din tkun żvog u x-xiri illegali huwa iktar problematiku.

“Niltaqa’ ma’ nies li jgħidulek ‘Jien inpejjep joint fil-weekend wara ġimgħa xogħol – hawn min jieħu tazza birra fis-sajf – għaliex jiena għandi mmur għand is-suq illegali u niċċappas ma’ drogi oħra? Jekk jinżerta m’għandux jispiċċa joffrili xi ħaġa oħra, u jekk jaqbduni l-pulizija, u l-konsegwenzi legali. U jista’ jitfagħli mbarazz f’din is-sustanza li jien ma nafx x’qed nieħu u kemm hi qawwija għalija’.”

Is-Sur Gatt iżda qal li l-iżvantaġġi jissuperaw il-benefiċċju ta’ suq regolat. Wissa’ li l-iskop rikreattiv jista’ twassal għal swieq illegali iżjed perikolużi b’bejgħ ta’ sustanzi irħas u iżjed b’saħħithom. Qal li l-leġiżlazzjoni ta’ kannabis rikreattiva tista’ twassal għal messaġġ perikoluż lis-soċjeta’.

“Tbeżżagħni ħafna li fil-moħħ tal-adoloxxent tidħol il-mentalita’ li d-droga mhi xejn, jew li l-kannabis mhi xejn. Għax ovvjament hemm studju ċarissimu li s-sustanza fil-moħħ tal-adoloxxenti tagħmel ħsara kbira.”

Id-Direttur tal-Caritas innota li l-liġi li ġiet introdotta ħames snin ilu biex persuni dipendenti fuq id-droga ma jintbagħtux il-ħabs qed tagħtihom ċans jirrijabilitaw ruħhom. Iżda appella biex din tiġi msaħħa.

“Kif inhi l-liġi bħalissa, jekk tinqabad b’żewġ pjanti hemm bilfors liġi li tgħidlek irid jingħata sentenza ta’ ħabs – jekk inti bniedem li nqbadt f’dik is-sitwazzjoni iżda għandek dipendenza u qed tużaha minħabba d-dipendenza tiegħek – inħossu li l-Qorti għandha tingħata aktar liberta’ biex meta tara lil xi ħadd dipendenti ma tibagħtux il-ħabs iżda jirrikorri għall-għajnuna.”

Is-Sur Gatt ħabbar li x-xahar id-dieħel ser tiġi organizzata konferenza nazzjonali biex issir riflessjoni dwar il-perikli tal-kannabis rikreattiva.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar