Knisja Maltija
Id-dibattitu dwar is-separazzjoni bejn Stat u Knisja jmur lura għas-seklu 18

Riċerka ppubblikata fl-aħħar jiem tixħet dawl dwar l-ewwel attentati għas-separazzjoni tal-poteri bejn Stat u Knisja f’Malta. Kien Nicolo’ Muscat – figura prominenti fl-amministrazzjoni tal-Ordni tal-Kavallieri – li f’nofs is-seklu 18 beda jinsisti li dawn l-poteri ma jibqgħux imwaħħdin flimkien.

Madwar mitejn sena ilu, Nicolo’ Muscat, li kien il-konsulent tal-Gran Mastru De Rohan kellu ġlieda qalila mar-rappreżentanti tal-Knisja f’Malta: l-Isqof u l-Inkwiżitur, biex jikkonvinċihom li għandu jkun hemm separazzjoni tal-poteri bejn l-Istat u l-Knisja.

F’riċerka mill-Professur Frans Ciaparra ġie analizzat l-ideal ta’ Nicolo’ Muscat fil-kuntest tar-relazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja lejn l-aħħar tas-seklu 18.

Professur Frans Ciaparra qal “Muscat kien qed jgħid li kull bniedem f’Malta, dak li hu temporali għandu jidher fil-Qorti tal-Gvern – mela jekk wieħed gabilott li qed jaħdem biċċa art tal-Knisja imma waqa’ lura fil-ħlas tal-qbiela dan ma jidhirx fil-Qorti tal-Isqof, imma jidher fil-Qorti tal-Gvern għax kien jgħid li huwa partikolare – dan mhux persuna reliġjuża u l-affari tiegħu m’għandhiex x’taqsam mal-ispiritwali.”

Il-Professur Ciappara qal r-reżistenza qawwija għall-ħsibijiet ta’ Muscat kienu ċari f’korrispondenza bejn Ruma u Malta. Saħansitra l-Ministru tal-Affarjiet Barranin tal-Papa sejjaħ lil Nicolo’ Muscat ‘nemico del Papa’ – l-għadu tal-Papa.

L-Istoriku qal li għall-ewwel Muscat kien midħla tal-Knisja u ħadem ta’ avukat tal-katidral. Iżda konxju mid-dibattitu politiku li kien għaddej fl-Ewropa beda jinstiga l-prinċipji Illuministi, inkluż l-appell ta’ Muscat għall-introduzzjoni taż-żwieġ ċivili.

Il-Professur Ciappara qal “kellu l-idea wkoll li ż-żwieġ huwa kuntratt ċivili li din il-kwistjoni kompliet biex l-Inkwiżitur u l-Isqof jirrappurtaw iktar fuqu dal-bniedem.”

Il-ħsibijiet ta’ Nicolo’ Muscat qanqlu rabja fil-Knisja, bil-Papa jitlob għall-eżilju tiegħu.

“Il-Papa Piju sitta ornda lill-Granmastru Rohan biex ikeċċih u l-Gran Mastru dak li għamel – imma x’għamel taparsi eżiljah bagħtu Napli.  F’Napli Muscat mar għand ir-Re u qallu biex jaqbeż għal Malta kontra l-indħil tal-Papa f’Malta. Ġie lura f’Malta, ħa l-inkarigi li kellu u reġgħat bdiet l-istorja. Sa fl-aħħar fl-1793, il-Gran Mastru kellu jkeċċih” qal il-Professur Ciappara .

L-istoriku qal li Muscat ma rax il-ħolma tiegħu sseħħ f’ħajtu iżda ż-żerriegħa li żera tat il-frott bosta snin wara b’ħassieba u mexxejja li komplew fuq dak li beda Nicolo Muscat.

Aħbarijiet Oħra
Xogħol

L-iskema ta’ xogħol fil-komunità li bdiet fl-2016 kienet taħt il-lenti tal-Awditur Ġenerali li f’rapport li ippreżenta lill-Ispeaker ta ċertifikat pjuttost tajjeb lill-iskema għalkemm iħeġġeġ lill-entitajiet governattivi involuti biex itejjbu l-moniteraġġ…

Ambjent

Malta, flimkien ma’ 8 pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea u żewġ stati assoċjati, se tkun qed tnaddaf il-bajjiet tagħha f’dak li dak jissejjaħ bħala l-Blue Mediterranean Clean-Up Week. Fl-ewwel ġimgħa ta’…

Blockchain

Erba’ xhur wara li Malta saret l-ewwel pajjiż fid-dinja li użat is-sistema tal-blockchain fil-ħruġ taċ-ċertifikati għall-istudenti, it-teknoloġija tal-blockchain se tibda tintuża għal kuntratti tal-kirjiet, meta fil-jiem li ġejjin se tkun…

Qorti

Il-Pulizija ressqet il-Qorti żagħżugħ u xlietu li bejn Frar u Mejju wettaq ħames serqiet ta’ flus u ġojjelli minn residenzi fl-Imsida u San Pawl il-Baħar. Aliosha Emnadze, Ġorġjan ta’ 24…

Aktar