Avjazzjoni
Id-dilettanti tal-avjazzjoni jġeddu l-memorji tal-airshows

Hekk kif ilbieraħ il-Malta Aviation Society ħabbret li s-sena d-dieħla l-airshow mhux se tkun tista’ ssir, bosta dilettanti tal-avjazzjoni b’nostalġja qed ixerrdu fuq il-midja soċjali ritratti u filmati tal-ispettakli tas-snin li għaddew.

L-air show bdiet issir fl-1993 u baqgħet issir kull sena għal 25 sena. Fuq il-midja soċjali, is-Soċjetà Maltija tal-Avjazzjoni (MAS) qalet li minkejja li ħadmet mal-Ministeru għat-Turiżmu biex tkun tista’ torganizza l-airshow għall-2020, dan l-ispettaklu mhux se jkun qed isir.

Il-MAS qalet li r-raġuni ewlenija hija l-fatt li l-ajruport internazzjonali ta’ Malta (MIA) ma pprovdiex parkeġġ adegwat għall-ajruplani tal-airshow. Żiedet tgħid li mhix konvinta li l-ispazju mitlub minnha huwa bżonjuz għall-operat tal-ajruport, tant li minn stħarriġ li għamlet irriżulta li dan rari jintuża.

Waqt li rringrazzjat lil Malta Air Traffic Services, l-MAS qalet li tinsab iddiżappuntata li l-Gvern Malti m’għamilx biżżejjed pressjoni biex l-MIA tipprovdi l-ispazju neċessarju bil-għan li Malta jkollha l-airshow tagħha bħal pajjiżi Ewropej oħra.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Żona li fiha daqs seba’ grawnds tal-futbol, li minn wied naturali nbidlet f’miżbla, qed tingħata wiċċ ġdid biex minflok tibqa’ ġerħa fin-naħa t’isfel ta’ Malta, issir attrazzjoni. Sa wieħed u…

Kultura

Infrastructure Malta appik li tibda operazzjoni delikata, biex taqla’ sħiħ mill-blat qabar tal-perjodu Puniku-Ruman, u tpoġġih fil-ġenb ta’ triq ġdida li qed tibni f’Ħ’Attard. B’hekk din is-sejba ta’ valur arkeoloġiku,…

Immigrazzjoni

TVM jinsab infurmat li matul il-lejl li għadda, grupp ta’ madwar 90 immigrant li ġew salvati fil-Mediterran fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta ttieħdu fuq vapur tal-Captain Morgan li…

COVID-19

Il-pandemija u r-reħi tar-restrizzjonijiet ġabu magħhom l-użu tal-maskra. Filwaqt li ħafna qed jużawha kif obbligati jagħmlu f’ħafna postijiet pubbliċi, osservajna li bosta qed jilbsu biex taparsi libsuha. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni…

Aktar