Barranin
Id-dimostrazzjonijiet f’Katalunja: Il-Gvern Spanjol jgħid li s-sitwazzjoni taħt kontroll

Il-Ministru għall-Intern Spanjol, Fernando Grande-Marlaska, qal li s-sitwazzjoni f’Katalunja tinsab taħt kontroll wara li l-lejl li għadda ssuktaw il-protesti u l-ġlied bejn id-dimostranti u l-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet, it-tensjonijiet eskalaw wara li mexxejja separatisti Katalani ntbagħtu l-ħabs.

Il-Ministru Spanjol waħħal fis-separatisti Katalani li kkawżaw il-vjolenza fosthom għax imblukkaw it-toroq, taw in-nar lil xi vetturi u waddbu l-ġebel lejn il-Pulizija. Il-Pulizija kellhom jużaw il-gass tad-dmugħ biex iferrxu d-dimostranti. Huwa stmat li iktar min-nofs miljun persuna attendew għad-dimostrazzjoni. Sbatax-il persuna ġew arrestati filwaqt li 62 oħra ndarbu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Pollakk kiteb ittra lill-kumpanija Netflix li fiha insista li jsiru tibdiliet fid-dokumentarju dwar il-kampijiet Nażżisti ta’ konċentrament. Il-Prim Ministru Mateusz Morawiecki qal li mappa li tintwera fis-sensiela, tpoġġi…

Barranin

Fil-Bolivja, is-senatriċi tal-oppożizzjoni Jeanine Áñez iddikjarat lilha nnfisiha bħala l-president transitorju ġdid tal-istat Sud Amerikan wara r-riżenja ta’ Evo Morales. Il-politikani mill-partit ta’ Morales ibbojkottaw is-sessjoni fil-parlament u għaldaqstant ma…

Barranin

Ix-xjentisti, ħasbu li din il-ħlejqha għosfrot għal kollox wara li ilha ma titfaċċa madwar 30 sena. Dan il-mammiferu, magħruf aħjar bħala mouse-deer jew silver-backed chevrotain, intlemaħ f’foresta fil-Vjetnam u għandu…

Aktar