Id-Dinglin jiċċelebraw l-Assunta u t-titlu ta’ parroċċa Arċipretali

Il-Parruċċani Dinglin qed jiċċelebraw festa doppja: l-festa tal-Assunta u digriet mhux mistenni tal-Arċisqof Charles J. Scicluna li ddikjara l-parroċċa Arċipretali.

Mixtieqa iżda ma kinitx mistennija. L-Arċisqof Charles j. Scicluna, is-Sibt filgħaxija ssorprenda d-Dinglin miġbura l-knisja għall-festa tal-Assunta u ddikjara l-parroċċa bħala waħda Arċipretali. It-titlu nngħata għax il-Knisja f’Ħad Dingli kienet waħda mill-ewwel 10 parroċċi f’Malta qabel l-1436 meta l-inħawi kienu magħrufa bħala Ħal Tartarni. Dan il-fatt jissemma fir-rollo ta’ l-Isqof Senatore de Mello li huwa dokument notarili antik dwar d-dħul kollu ekkleżjastiku jew benefizzji li kienu jeżistu f’Malta. Minn dak iż-żmien sallum, il-parroċċa ta’ Ħad-Dingli biss qatt ma saret Arċipretali.

Il-Ħadd filgħodu il-kappillan, issa Arċipriet, Dun Ewkarist Żammit qal li t-titlu hu rikonoxximent tal-għeruq nsara antiki tad-Dinglin. “Hu sens ta’ apprezzament għall-poplu ta’ Ħad-Dingli li tant jgħozz il-knisja u jħobbha. Il-parroċċa timxi bil-volontiera, m’hawn ħadd impjegat però tant volontiera li jħobbu lil Alla, li jħobbu lill-knisja u jagħmlu dan b’ġenerosità kbira. Finalment it-titlu jimlina b’responsabilità għax irridu niftakru li l-għeżeż ħaġa li għandna hija l-fidi u rridu niftakru li din mibnija fuq l-imħabba ta’ Alla li jfakkarna li aħna knisja, allura rrid ngħixu bħal aħwa u bħala familja.”

Assunta DingliIl-festa pjuttost żgħira f’Ħad-Dingli filfatt ma tikkonċentrax biss fuq il-festi liturġiċi u dawk esterni brijjużi. Kull sena l-komunità ta’ Ħad-Dingli tagħmel mezz biex tgħin familji fil-bżonn jew kawżi missjunarji. Fost dawn, din is-sena ġie rikonoxxut ix-xogħol ta’ Dun George Scerri li twieled Ħad-Dingli u ilu 47 sena missjunarju fil-Perù. Meta jiġi Malta, Dun George jirrakkonta b’entużjażmu x-xogħol ta’ fejda li jsir fil-Peru bl-appoġġ tad-Dinglin u ħafna Maltin.

“Nirrakonta l-ferħ, nirrakkonta l-bżonnijiet tagħhom ukoll biex in-nies jibqgħu jgħinu, in-nies dejjem ġenerużi, u dak kollu li nesperjenza jien fil-muntanja jew widien tal-Perù, l-evangelizazzjoni,” qal Dun George.

Dun George jinsab Malta għax qed jiċċelebra 50 sena saċerdot mas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Liam Debono, li jinsab akkużat bl-attentat ta’ qtil tas-Surġent Simon Schembri, ġie arrestat f’Ħal Luqa wara li nqabad isuq bla liċenzja. TVM infurmat li  kienu għall-ħabta tal-5.30pm, Debono ntlemaħ isuq…

Statistika

L-għadd ta’ inċidenti rrappurtati fl-ewwel tliet xhur tas-sena żdiedu b’aktar minn 8% meta mqabbla mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, bejn Jannar u Marzu kienu rappurtati 3,656…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Aktar