Barranin
Id-dinja se tkun aħjar mingħajrek – kliem li jispikka f’avviż ta’ mewt

”Id-dinja se tkun aħjar mingħajrek” dan kitbuh it-tfal ta’ Kathleen Dehmlow fl-avviż ta’ mewt tagħha.

Jidher li l-mewt tal-anzjana Amerikana, ta’ 80 sena, ma ġabitx niket fost il-qraba tagħha. Fl-avviż ta’ mewt ta’ Dehmlow, it-tfal tagħha esprimew ir-rabja tagħhom wara li ommhom abbandunathom żgħar biex ħarbet tgħix ma’ hu missierhom.

Huma qalu li trabbew minn nanniet tagħhom – omm u missier Kathleen Dehmlow u komplew jgħidu fl-avviż tal-mewt li issa ommhom se tkun qiegħda fl-aħħar taffaċċja l-ġudizzju ta’ Alla.

L-avviż qajjem bosta reazzjonijiet fejn xi wħud qalu li dak li kitbu Jay u Gina, it-tfal ta’ Kathleen, huwa diżgustanti u li l-mara m’għandhiex tibqa’ mfakkra għall-iżbalji li wettqet f’ħajjitha. Oħrajn li kienu jafuha qalu li l-mara kienet waħda twajba li kienet taf tħobb u tgħin lil dak li jkun.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi.  U hekk ġara fix-xtajta Spanjoli ta’ Andalusija.  Iżda l-kurrenti ġabu magħhom invazjoni ta’ bram kif jidher fil-filmat li spiċċa viral fuq Facebook.  Il-bram inġemgħu fix-xtajta l-iktar…

Barranin

L-Istati Uniti toħroġ mill-Kunsill tan-Nazzjonijiet Magħquda għad-Drittijiet tal-Bniedem. Skont il-mibgħut tal-Istati Uniti għan-Nazzjonijiet Magħquda, il-Kunsill hu ipokrita, li jservi lilu nnifsu u ma jħarisx id-drittijiet tal-bniedem. Is-sena l-oħra hija indikat…

Barranin, Kurżitajiet

Wara logħba emozzjonanti tat-Tazza tad-Dinja bejn il-Ġappun u l-Kolumbja, l-istands fejn kien hemm il-partitarji taż-żewġ naħat, kif jiġri f’kull partita, ikunu mimlijin skart. Iżda l-partitarji Ġappuniżi wara r-rebħa tat-tim nazzjonali…

Barranin

Il-Parlament Kanadiż ivvota favur liġi li tillegalizza l-użu tal-kannabis rikreazzjonali.   Il-liġi tal-kannabis għaddiet b’52 vot favur u 29 kontra mis-Senat. Il-liġi tikkontrolla u tirregola t-tkabbir, it-tqassim u l-bejgħ ta’ din…

Aktar