Stejjer Umani
Id-dinja tal-futbol lokali tingħaqad biex tgħin liċ-ċkejken Kane

Il-Klabb tal-Furjana b’missjoni – qal il-flus kollha li se jinġabru mill-prima se jingħataw lill-familja ta’ Kane Debattista li tinsab fil-bżonn.

Il-Klabb, fuq post fuq il-midja soċjali, talab lill-partitarji jingħaqdu flimkien biex jgħinu liċ-ċkejken supporter tal-klabb li qiegħed jiġġieled marda serja.

L-inizjattiva mill-Klabb tal-Furjana se ssir illum għal-logħba tal-Furjana kontra Ħal Qormi.

 

Iżda l-istorja ta’ Kane Debattista messet il-qlub tal-Maltin tant li diversi klabbs tal-Futbol lokali ngħaqdu flimkien għall-għan altruwistiku biex jgħinu lit-tifel fejn inġabru diversi donazzjonijiet.

Il-Malta Football Association ukoll qiegħda tingħaqad mal-klabbs kollha biex tagħti l-appoġġ tagħha lil Kane. Għalhekk, iddikkjarat li Ewro minn kull biljett mixtri għal-logħob BOV Premier League ta’ din il-ġimgħa se jingħataw lill-familja ta’ Kane.

Il-familja Debattista qalet li tinsab bla kliem u tirringrazzja min qiegħ qalbha lil kull min għenhom.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku u lill-veterani tal-flotta rjali Ingliża biex il-Ġimgħa li ġej jattendu għall-attività msejħa ‘memory box’ fl-istess forti li l-Ingliżi kienu iqisuh daqs li kien bastiment fil-Port…

Lokali

Is-servizz tat-Telecare reġa’ qed jopera wara li aktar kmieni kien sospiż. Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva flimkien mad-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità rringrazzjaw lill-operatur tal-impenn…

Saħħa

Intlaħaq ftehim bejn Steward Healthcare u l-MUMN dwar id-Dipartiment tal-Fiżjoterapija fl-Isptar San Luqa. Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa ntqal li wara intervent mid-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, saret…

Aktar