Edukazzjoni
Id-Dinja tiegħi, id-Dar tiegħi – It-tema ta’ Skolasajf 2020 – 8,000 student ser jattendu Skolasajf

Kważi 8,000 student ser jattendu skolasajf din is-sena. Il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici wera sodisfazzjon li wara l-ħidma li saret, il-ġenituri ħassejhom siguri li jibagħtu lil uliedhom għal Skolasajf li qal hija ħolqa oħra fil-mixja edukattiva tat-tfal.

Skolasajf li din is-sena fetħet il-bibien tagħha ġimagħtejn aktar kmieni mis-soltu ser tagħti esperjenza edukattiva differenti lit-tfal wara li kienu ilhom ma jattendu fil-klassi minn Marzu li għadda.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi Dermot Galea qal li sal-ġimgħa d-dieħla f’55 ċentru ta’ skola sajf ser ikunu qed jattendu ftit anqas minn 8,000 tifel u tifla. Is-sur Galea qal li din is-sena tħejja programm ġdid u partikolari skont iċ-ċirkustanzi.

“Din is-sena daqsxejn varjazzjoni minn snin oħra ma għandniex il-ħruġ allura l-programm huwa intensivikat ġewwa l-binja tal-iskola, għandna attivitajiet sportivi li mexxijjin mill-isports play worker kif ukoll għandna agreements ma’ partners oħrajn bħal Lesa u Animal Welfare li jiġu hawnhekk ġewwa ċ-ċentri tagħna fejn jagħtu demostrazzjonijiet it-tfal fuq suġġetti varji.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li sar ħafna xogħol minn wara l-kwinti biex skolasajf toħloq ambjent sigur għall-istudenti bi programm li mill-ġdid jagħti stabbilità ta’ rutina lit-tfal.

“Fil-fatt kellna 8,000 applikazzjoni li huwa numru b’saħħtu ħafna li ġie fuq żewġ fażijiet u jindika li l-ġenituri għandhom fiduċja f’dak li qed nagħmlu aħna l-Ministeru għall-Edukazzjoni. Naturalment din il-fiduċja ġiet wara ħidma kbira li għamilna, wara l-ftuħ taċ-childcare centres u issa għandna l-ftuħ ta’ skola sajf fejn qed naraw tfal kuntenti u ferħanin.”

Dr Bonnici qal li t-tfal ser ikunu taħt il-ħarsien ta’ 1,600 persuna li qal qed jaħdmu kontinwament biex it-tfal jieħdu gost jitgħallmu affarijiet ġodda għax skolasajf hija ħolqa oħra fil-proċess edukattiv.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

COVID-19

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru. Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat…

Lokali

Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru, ippreżentat total ta’ €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt l-ewwel edizzjoni ta’ ‘A Night at the Palace’, lill-għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali. Waqt li…

Agrikultura

L-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-għasir infetaħ mill-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo, fil-preżenza tal-produtturi tal-inbid Malti. Il-Ministru qal li l-inbid Malti huwa wieħed ta’ kwalità għax l-industrija aġġornat maż-żminijiet. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Agrikoltura Saviour…

Aktar