Lokali
Id-Dipartiment tal-Emerġenza rċieva aktar minn 30,000 sejħa għall-għajnuna fl-2017

Is-sena li għaddiet, id-Dipartiment tal-Emergenza daħallu aktar minn 30,000 sejħa għall-għajnuna.

Id-Dipartiment tal-Emerġenza mhux biss it-tobba, iżda ukoll l-infermiera u l-Emergency Ambulance Responders. Dawn il-ħaddiema jerfgħu fuq spallithom responsabbilità kbira li mhux biss jieħdu t-telefonata għall-għajnuna, iżda ukoll jiffaċċjaw għadd ta’ diffikultajiet, kemm minħabba s-sewqan ta persuni oħra u anke aggressjoni mill-pazjenti jew familjarji.

Mara u raġel, tard is-Sibt filgħaxija ddaħħlu l-isptar għal kura bi ġrieħi serji wara inċident tat-traffiku fil-bypass ta’ Ħal Għaxaq. TVM huwa infurmat li l-mara ntlaqtet mill-mutur misjuq mir-raġel, waqt li kienet qed taqsam it-triq. Fuq il-post intbagħtu żewġ ambulanzi li ħadu liż-żewġ persuni l-isptar. Fuq il post marru l-pulizija tar-Rapid Intervention Unit u tad-Distrett, li qed iħejju rapport tal-inċident.

U aktar kmieni, mara 63 sena li kienet passiġġiera f’karozza, is-Sibt filgħodu ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fit-Telgħa tas-Saqqajja, fir-Rabat. L-ewwel għajnuna medika fuq il-post ingħatat mit-tim tal-ambulanza tad-Dipartiment tal-Emerġenza.

Dan il-każ huwa wieħed mill-ħafna inċidenti li jintbagħtu fuqhom il-ħaddiema tas-servizz tal-emerġenza ta’ Mater Dei. Iżda mhux kollox huwa ward u zahar.

Fl-aħħar ġimgħat, dawn il-ħaddiema li ssejħu biex jagħtu l-għajnuna, sfortunatament  spiċċaw aggrediti mill-pazjent li marru biex jgħinu. F’każ li seħħ f’Bormla, b’wieħed mill-ħaddiema spiċċa korrut serjament. Minkejja dan kollu, dawn il-ħaddiema huma dedikati f’xogħolhom, kif stajna naraw mill-ħin li qattajna magħhom matul il-jum tas-Sibt. Dipartiment li ma jieqaf qatt.

Brian Chetcuti, team leader tal-ambulanzi qal li “dawn niltaqgħu magħhom, kemm min-naħa tal-pazjent, kif ukoll xi kultant min-naħa tal-familjari. Dejjem rajna kif tkellimna mal-familjari, u mal-pazjent imma mhux dejjem tkun taf  x’se nsibu”.

Patrick Vassallo mill-Emergency Ambulance Responder qal li “aħna qegħdin hemm biex ngħinuhom u mhux gost u pjaċir tagħna u tispiċċa sfortunatament b’daqtejn. L-appell tiegħi hu li bniedem f’sitwazzjoni bħal din iżomm il-kalma”.

Is-sena li għaddiet, id-Dipartiment tal-Emerġenza, permezz tan-numru 112, irċieva 38,000 telefonata għall-għajnuna. Żieda ta’ 3,000 telefonata fuq is-sena ta’ qabel. Rachel Borg, Acting Deputy Charge Nurse spjegat lil TVM li huwa importanti li min iċempel jagħti l-informazzjoni preciza

Rachel Borg spjegat li “kif tidħol telefonata u l-ambulanza tintbagħat fuq il-post li jtuna. L-ewwel sfida hi li l-indirizz li jtuk huwa fattwali u kif tasal issib id-direzzjoni eżatt. Nitolbu li iktar ma jkollna dettalji fit-telefona tkun qed tgħinnha ħafna”.

Id-Dipartiment tal-Emerġenza jiltaqa’ ma’ ħafna sfidi, speċjalment meta jkunu sejrin u meta jaslu fuq post ta’ inċident.

Joseph Cavallo, Emergency Ambulance Responder  qal li “meta tasal fuq il-post ġieli ssib nies li m’għandhom x’jaqsmu xejn illi jtellfuk flok jgħinuk .. u meta nkunu għaddejjin sfortunatament ikollok nies li kif jisimgħu ambulanza u sirena jitfixxklu u flok jersqu fuq ix-xellug jieqfu fin-nofs u ma tkunx tista tgħaddi minn bejniethom”.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Plastic Europe, assoċjazzjoni li tiġbor produtturi tal-plastik minn madwar l-Ewropa, iltaqgħet f’Malta biex tiddiskuti mal-esperti u l-politiċi t-triq ‘il quddiem biex l-ibħra ma jibqgħux iservu ta’ miżbla għal eluf ta’…

Lokali

Koppja Maltija li tlett xhur ilu adottat tifel mill-Indja qalet li l-ferħ li tahom dan it-tifel f’ħajjithom huwa indeskrivibbli. Il-Koppja, Ian u Madeleine Sammut Dacoutros għandhom tifel ta’ sena u…

Lokali

Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Tonio Montebello qal li jintremew maż-2 miljun tunnellati ta’ skart li minnhom 333,000 tunnellata jinġabru minn boroz suwed. Huwa qal li nofs dan l-iskart seta’ ġie rriċċiklat….

Lokali

Waqt li komplew l-argumenti favur u kontra l-proposti tal-Gvern għall-emendi fil-liġi tal-IVF, il-Gvern wera qbil mal-President Marie Louise Coleiro Preca li din id-diskussjoni għandha ssir b’mod seren, iżda tenna li…

Aktar