Lokali
Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan ifaħħar lil Malta għall-pożizzjoni li ħadet dwar l-ajruplani militari Russi

Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan, permezz tal-kelliema tiegħu, Morgan Ortagus faħħar il-pożizzjoni tal-Gvern Malta wara li rrifjuta li żewġ ajruplani militari Russi jgħaddu mill-ispazju tal-ajru Malti. L-ajruplani kellhom itiru mis-Sirja għall-Venezwela.

Il-Gvern Malti kien irrifjuta talba tal-awtoritajiet Russi għall-użu tal-ispazju tal-ajru Malti biex itajru ajruplani militari mis-Sirja għal Veneżwela.

L-aħbar ġiet irrappurtata minn Buzzfeed News u ġiet ikkonfermata minn TVM. Ir-Russja talbet permess biex ittajjar żewġ ajruplani militari mis-Sirja għal Caracas u lura. Ġie rrappurtat li skont it-talba Russa, it-titjiriet kienu ta’ natura umanitarja biex jinġarru provvisti tal-ikel, tobba, tekniċi u inġiniera li għandhom bżonn id-diplomatiċi Russi fil-Veneżwela. Intqal li l-ajruplani mhux qed iġorru armi, splussivi jew materjal perikoluż. Ftit tal-ġimgħat ilu, Malta approvat talba simili mir-Russja u ajruplani militari Russi kienu ntlemħu fl-ajruport tal-kapitali tal-Veneżwela, Caracas.

Ara wkoll:

Ajruplani militari Russi ma jitħallewx itiru mill-ispazju tal-ajru Malti – rapporti

Ir-Russja tirtira t-talba biex bastiment tal-gwerra jsorġi f’Malta – rapporti

Aħbarijiet Oħra
Festi

Il-grupp immexxi minn Wistin Vella offra s-somma rekord ta’ €17,000 biex jerfgħu l-istatwa ta’ Santa Marija waqt il-festa tal-qaddisa, fl-Imġarr. L-offerta saret dalgħodu fil-pjazza tal-lokalità, b’Wistin Vella u t-tim tiegħu…

Qorti

Ġuvni taħt l-età nżamm arrestat wara li llum tressaq quddiem il-Qorti akkużat li uża arma waqt argument familjari li fih kien involut missieru, is-sieħba ta’ missieru, u binha żgħir. L-akkużat,…

Qorti

Priġunier fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed ikun akkużat li ħebb għal supervisor waqt li dan tal-aħħar kien qed jaqdi dmiru. Anthony Borg ta’ 36 sena llum tressaq il-Qorti taħt arrest,…

Aktar