Lokali
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jħarreġ pumpiera mill-Ghana f’Ħal Far

Grupp ta’ ħaddiema tat-tifi tan-nar mill-Ghana qed jitħarrġu mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’Ħal Far. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Ministeru tal-Intern iffinanzjaw dan it-taħriġ b’assistenza finanzjarja li tlaħħaq it-€30,000.

Il-Ministru Carmelo Abela, waqt li żar lill-pumpiera li qed jieħdu t-taħriġ, qal li Malta b’dan l-impenn qed tonora l-obbligi tagħha fl-inizjattiva għall-politika ta’ assistenza għat-tisħiħ tar-riżorsi fil-pajjiżi tal-Afrika.

Il-Ministru Abela qal li minbarra din l-inizjattiva, il-Ministeru qed jagħti boroż ta’ studju f’livell ta’ Masters lill-istudenti mill-Ghana, fost pajjiżi oħra mir-reġjun tas-Sub-Sahara, fosthom anke korsijiet fil-qasam bankarju lill-uffiċjali tal-Bank Ċentrali tal-Gambja.

Il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia qal li dan huwa t-tieni grupp ta’ ħaddiema tat-tifi tan-nar mill-Ghana li qed jitħarrġu f’Malta, u stqarr li dan it-taħriġ huwa ta’ benefiċċju wkoll għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex iżomm ruħu aġġornat mal-avvanzi li jsiru f’dan il-qasam.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fi tmiem laqgħa mqanqla tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li intemmet għall-ħabta tal-11.10pm., il-Kap tal-Partit Adrian Delia qal li hu għamel 10 proposti dwar it-tibdiliet li jeħtieġ il-Partit biex jimxi ‘il quddiem….

Politika Lokali

Fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ltaqa’ t-Tnejn filgħaxija, b’post fuq facebook, Pierre Portelli ħabbar li kien qiegħed jirriżenja minn Chairman Eżekuttiv tal-kumpanija tal-media tal-Partit Nazzjonalista. Hu qal li…

Sport

Il-klabb akwatiku ta’ Birżebbuġa beda inizjattiva bil-kollaborazzjoni tal-awtoritajiet edukattivi biex iħajjar aktar studenti jibdew jipprattikaw l-għawm jew il-waterpolo. Studenti mill-iskejjel fin-naħa t’isfel ta’ Malta qed jibbenefikaw minn din l-inizjattiva, waqt…

Aktar