Tradizzjonijiet
Id-distakk fl-età ma jxekklux, jittama li żgħażagħ oħra jitħajru jilagħbuha – student dilettant tal-logħba tal-brilli

Il-gżira tat-tliet għoljiet, b’mod speċjali, mgħonija bi tradizzjonijiet u drawwiet lokali ta’ kull xorta. Lil hinn mill-għadd ta’ użanzi li jikkaratterizzaw ‘il Għawdex mil-lat artiġjanali jew kulinarju, fil-gżira Għawdxija għadek tara wkoll ‘il xi nies jilagħbu xi tip ta’ logħob tipiku Malti, fosthom il-logħba tal-brilli.

Liema logħba, kif ġie ddokumentat waqt il-programm ‘Malti Pur’, għadha tinżamm l-aktar ħajja fl-inħawi ta’ Santu Pietru ġewwa r-raħal tal-Għarb. Raħal, li nhar ta’ Ħadd filgħodu u fil-festi jagħtuh il-ħajja s-Sur Valerio Bugeja u sħabu bil-logħba tal-brilli.

Minkejja l-ħbiberija li tikkaratterizza ‘l dan il-grupp ta’ ħbieb, hekk kif tibda l-logħba, it-taqtigħa għal min se joħroġ rebbieħ dlonk tibda tagħmel tagħha.

Fi ftit kliem, qabel ma tibda l-logħba, min jieħu sehem jaqta’ x-xorti u min jiġi l-aħħar jagħżel minn fejn issir l-ewwel tefa’. B’kollox, il-logħba tintlagħab b’disa’ brilli magħmulin minn zokk taż-żebbuġa u b’qigħ tal-ħadid. L-għan ewlieni tal-logħba hu li jintlaħqu 24 punt mal-ewwel. Min iġib aktar, jinqala’.

Fost sħab is-Sur Bugeja, Mario Cauchi, student ta’ 19-il sena li minkejja d-distakk ġmielu fl-età bejnu u l-kumplament tal-grupp il-logħba tal-brilli daħal għaliha b’ruħu u b’ġismu. Biss, ix-xewqa ta’ Mario hija li żgħażagħ oħra bħalu jitħajru għal din il-logħba bit-tama li ‘l quddiem ikollu ma’ min ikompli jilgħabha.

Aħbarijiet Oħra
Internet

Minn Marzu ‘l hawn, ir-rutina ta’ bosta minna sfat milquta bħal leħħa ta’ berqa. Mil-lejl għan-nhar, fost l-oħrajn, bosta Maltin u Għawdxin spiċċaw jaħdmu mid-dar kif setgħu. Minkejja l-fatt li…

Ambjent

F’dawn l-aħħar jiem żewġt ifkieren tal-baħar telgħu jbidu fir-ramel fuq xtajta Maltin u Għawdxin. Fekruna minnhom, telgħet tbid fil-Bajja tal-Mixquqa. Liema bajja, in-nies tafha aħjar bħalha Golden Bay. Il-fekruna, xogħolha…

Xogħol

Mal-bidu tas-sajf, l-aktar meta t-temperaturi jibdew jaqbżu t-30 grad celsius, tiżdied id-domanda għas-sistemi tal-arja kkundizzjonata. L-assoċjazzjoni tal-importaturi tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata ffurmata minn disa’ importaturi qed isib diffikultà biex issib ħaddiema…

Aktar